Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: https://europa.eu/interpretation
Ma tapplikax għall-kontenut jew għas-siti web oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit web huwa mmaniġġjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni. Huwa mfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bit-tastiera biss
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek)
Dan is-sit web huwa ddisinjat biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).
Status tal-konformità
Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara t-taqsima “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fis-17 ta’ April 2023.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fis-17 ta' April 2023.
Din id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi li saret mill-għodda awtomatizzata Axe Monitor.
Feedback
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web “Interpretazzjoni”. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:
- Telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
- E-mail: SCIC-WEBTEAM@ec.europa.eu
Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web “Interpretazzjoni” huwa ddisinjat biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Microsoft Edge, Google Chrome, Mozilla Firefox, Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web “Interpretazzjoni” tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem mal-kombinazzjoni partikolari ta’ browser tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installata fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web “Interpretazzjoni”, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.
Limitazzjonijiet magħrufa għas-sit web “Interpretazzjoni”:
- il-biċċa l-kbira tal-paġni u l-annessi tad-dokumenti mhumiex miktuba b’lingwaġġ sempliċi.
- il-biċċa l-kbira tad-dokumenti huma f’format PDF u jistgħu jippreżentaw kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà. Dawn se jiġu indirizzati f’verżjonijiet ġodda ta’ dawn id-dokumenti.