- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura l-privatezza tal-utent.
Il-politika dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet Komunitarji hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni 1247/2002/KE.
Din il-politika ġenerali tkopri l-familja ta' siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropa, fid-dominju europa.eu. Għalkemm tista' tibbrawżja fil-biċċa l-kbira ta' dawn is-siti web mingħajr ma tagħti ebda informazzjoni personali, f'xi każijiet, l-informazzjoni personali hija meħtieġa sabiex jiġu pprovduti sservizzi elettroniċi li titlob. Is-siti web li jirrikjedu informazzjoni bħal din jittrattawha f’konformità sħiħa mar-regolament imsemmi hawn fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-data tiegħek fl-istqarrijiet speċifiċi tagħhom dwar il-politika dwar il-privatezza.
F'dan ir-rigward
Il-familja ta' siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti terzi. Sabiex tuża kontenut ta’ parti terza fuq is-siti web tagħna, jista’ jkollok bżonn taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom, inklużi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li ma jkollna l-ebda kontroll fuqhom.
Servizz elettroniku fuq EUROPA hu servizz jew riżorsa disponibbli fuq l-internet biex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji minn naħa u l-istituzzjonijiet Ewropej min-naħa l-oħra.
Hemm 3 tipi ta’ servizzi elettroniċi offruti, jew li se jkunu offruti minn EUROPA:
Stqarrija speċifika tal-politika dwar il-privatezza jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-data tiegħek:
L-Europa Analytics hu servizz korporattiv li jkejjel l-effettività u l-effiċjenza tas-sit europa.eu mmaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE.
Inti liberu li tirrifjuta l-użu ta’ dan is-servizz – jew permezz tal-banner tal-cookies li se jidher fl-ewwel paġna li żżur jew fuq l-Europa Analytics.
Il-Kummissjoni Ewropea tamministra l-paġni tagħha fuq l-internet (ec.europa.eu). Żur il-paġna tal-politika dwar il-privatezza biex timmaniġġja l-għażliet tiegħek.
L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE apparti l-Kummissjoni Ewropea (eż. il-Parlament Ewropew) attwalment jużaw sistema ta’ Analytics tagħhom stess. Żur il-paġni tal-avviżi legali tagħhom għal aktar informazzjoni.
L-għażla li ma tużax dan is-servizz ma taffettwax l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek fis-siti Europa.
Iktar informazzjoni dwar Europa Analytics
Ħafna paġni web fuq Europa għandhom buttuna ta’ kuntatt, li tattiva s-software tal-email tiegħek u tistiednek biex tibgħat il-kummenti tiegħek f’kaxxa postali speċifika.
Meta tibgħat dawn il-messaġġi, id-data personali tinġabar mingħand min jirċeviha biss sakemm ikun hemm bżonn biex iwieġeb. Jekk it-tim tal-ġestjoni tal-kaxxa postali ma jkunx jista' jwieġbek, jgħaddi l-email tiegħek lil servizz ieħor. Se tiġi infurmat permezz ta’ email dwar għand liema servizz ikun għaddiet il-mistoqsija tiegħek.
Jekk ikollok xi domandi dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u d-data personali relatata magħha, inkludihom fil-messaġġ tiegħek.
Id-data personali miġbura tinħażen f’kompjuter tas-subkuntrattur estern li jaġixxi bħala l-proċessur, li jrid jiggarantixxi l-protezzjoni taddata u l-kunfidenzjalità meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/1725.
Jekk tkun trid tivverifika, timmodifika jew tħassar id-data personali tiegħek maħżuna mill-kontrolluri responsabbli għas-sit web ta’ Europa u s-subsiti tagħha, tista’ tibgħat email lill-kontrollur tad-data għas-sit web ta’ Europa fid-DĠ Komunikazzjoni fl-indirizz hawn taħt. Fl-email tiegħek, niżżel b’mod ċar it-talba tiegħek u inkludi l-URL tas-siti/paġni web li t-talba tiegħek tirreferi għalihom.