Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Inżommu l-ikel Ewropew sikur

Inżommu l-ikel Ewropew sikur
It-tħassib ewlieni ta' l-UE huwa li l-ikel li nieklu madwar l-Ewropa kollha huwa li jkun ta' l-ogħla kwalità.

28/09/07

L-awtorità Ewropea għas-sigurtà fl-ikel (EFSA), aġenzija ta' l-UE imfassla sabiex tassigura li l-ikel li nieklu huwa sikur, tiċċelebra ħames snin fl-azzjoni.

L-aġenzijaDeutschEnglishfrançaisItaliano twaqqfet f'Parma (l-Itlaja) fl-2002, wara sejre ta' kriżi ta' l-ikel lejn l-aħħar tas-snin 90, l-aktar famuża kienet il-'marda ta’ ġenn il-baqar’. Billi nlaqqgħu flimkien l-esperti għoljin Ewropej sabiex jipprovdu pariri xjentifiċi prezzjużi, jgħinnu lil pajjiżi u istituzzjonijiet ta' l-UE fi kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà ta' l-ikel.

Waħda mill-ogħla prijoritajiet ta' l-UE hija li jkunu żgurati l-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel, u regoli komuni ġew stipulati sabiex ikun hemm monitoraġġ tas-sistema sħiħa ta' l-ikel 'mill-għalqa sal-mejda' English. Il-liġijiet jinkludu projbizzjoni fuq ir-reklamar li jippromwovu l-ikel b'livell għoli ta' melħ, zokkor jew kontenut tax-xaħam bħala wieħed tajjeb għas-saħħa, miżuri sabiex jitjiebu l-kontrolli ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) u tikkettar aħjar ta' l-ingredjenti fl-ikel sabiex jgħinu lin-nies li jbgħatu minn allerġiji ta' l-ikel.

L-UE qed tippromwovi wkoll il-kwalità ta' l-ikel u d-diversità. Il-logos Ewropej 'speċjalità tradizzjonali ggarantita' jipproteġu l-prodotti  tradizzjonali u reġjonali bħal per eżempju l-birra Belġjana 'Kriek' jew il-ħobż Finlandiż 'Kalakukko', sabiex jassiguraw li l-diversità vasta tat-tradizzjonijiet kulinarji madwar l-Ewropa jkunu preservati u jżommu l-valur tagħhom.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna