Peress li kull sena ħafna aktar minna issa qed jivvjaġġaw madwar l-Ewropa, huwa rassikuranti tkun taf li hemm numru wieħed li jkopri l-emerġenzi kollha f'kull pajjiż. Kull sekonda tgħodd f'emerġenza – kemm jekk ikun attakk tal-qalb, ħabta bil-karozza jew attakk b'xi sikkina – aktar ma jasal malajr l-ajjut, aktar aħjar.
Meta ċċempel 112
minn telefown fiss jew mill-mowbajl tkun fejn tkun fl-Ewopa, tiġi konness ma' operatur li jew jieħu ħsieb it-telefonata tiegħek direttament jew iqabbdek mas-servizz ta' l-emerġenza li jkollok bżonn. Fi kwalunkwe każ, ir-rispons għandu jkun l-istess bħall meta ċċempel fuq numru ta' l-emerġenza nazzjonali.
Qed issir ħidma kontinwa biex tiżgura li ċ-ċentri kollha jkunu mgħammra kompletament biex jieħdu ħsieb in-numru enormi ta' sejħiet;100 miljun emerġenza medika jseħħu fl-Ewropa kull sena. Is-servizzi ta' l-emerġenza ta' kull pajjiż (l-ambulanza, il-brigata tat-tifi tan-nar, il-pulizija) iridu jkunu kollegati maċ-ċentri kollha tat-telefonati. Barra minn hekk, jeħtieġ isir investiment fit-teknoloġija biex jiġi identifikat preċiżament il-post minn fejn tkun qed issir it-telefonata. Dan huwa kruċjali għal azzjoni minnufih.
Sfida oħra hija li niżguraw li n-nies ikunu jafu n-numru u jużawh tajjeb.Attwalment, 60% tas-sejħiet huma ċajtiet. Dan iżid il-ħin tar-rispons b'mod konsiderevoli.
Daqt tasal teknoloġija ġdida li tippermetti l-karozzi li jċemplu awtomatikament 112 jekk jaħbtu.L-UE tixtieq li mill-2009 l-karozzi l-ġodda kollha jkunu mgħammra b'din it-teknoloġija li ċċempel b'mod awtomatiku f'każ ta' emerġenza (eCall 


). Madankollu, biex dan jaħdem, is-servizzi ta' l-emerġenza jridu jirċievu u jipproċessaw ir-rapport tal-lokalità fejn tkun tinsab il-karozza.
Għal aktar tagħrif żur il-paġna http://www.eena.org