Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Interview

Xhieda u protagonisti

Xhieda u protagonisti
Etienne Davignon, Kummissarju responsabbli mis-suq intern, mill-unjoni doganali u mill-affarijiet industrijali mill-1977 sa l-1985 u viċi president mill-1981 sa l-1985.

15/06/07

Mistoqsija waħda, żewġ xhieda u nofs seklu. Żewġ eks-kummissarji, Etienne Davignon, Frans Andriessen, ġew mitluba li kull wieħed minnhom jirrispondi għall-istess mistooqsija doppja sabiex aħna lkoll naqraw it-testimonjanza personali tagħhom dwar l-istorja ta' l-integrazzjoni Ewropea u t-tama tagħhom għall-futur ta' l-Ewropa.Hawn huma t-tweġibiet tagħhom....

Liema hu l-avveniment li baqa' mnaqqax fil-memorja tiegħek wara l-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma?

Etienne Davignon, Kummissarju għas-suq waħdieni, unjoni tad-dwana u l-affarijiet industrijali (1977-85) u viċi-president (1981-85).

Etienne Davignon : L-avveniment li baqa' mnaqqax fil-memorja tiegħi hu mingħajr dubju dak li jissimbolizza l-eżistenza konkreta ta' l-Unjoni Ewropea: il-wasla ta' l-euro fil-ħajja ta' kuljum, għaliex din timmarka it-tibdil li ġġib magħha l-integrazzjoni Ewropea. Il-kotba ta' l-istorja juruna li l-karatteristiċi ta' Stat huma rrapreżentati wkoll mill-flus. Miljuni ta' ċittadini Ewropej kitbu paġna ġdida ta' l-istorja tagħhom permezz tal-ħolqien ta' munita unika, l-euro, simbolu ta' l-unità ta' kontinent, li għal żmien twil kienet nieqsa minħabba l-gwerer. Għalija huwa s-simbolu tat-taqliba l-aktar evidenti li ġab miegħu t-Trattat ta' Ruma. Permezz ta' munita unika, l-Ewropej ħolqu mudell mingħajr preċedent fl-istorja, Unjoni msejsa fuq volonta' maqsuma tal-pajjiżi li jagħmlu parti minnha.

Frans Andriessen, Kummissarju għall-kompetizzjoni (1981-1985), Kummissarju għall-agrikoltura u r-relazzjonijiet esterni / Kummissarju dwar politika għall-kummerċ matul iż-żewġ Kummissjonijiet ta' Delors (1985-1993).

Frans Andriessen: Bla dubju l-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin fl-1989 u l-perspettivi li din fetħet għal aktar żvilupp ta' l-integrazzjoni Ewropea fuq dimensjoni kontinentali, flimkien mar-riunifikazzjoni Ġermaniża, it-tmiem tal-Patt ta' Varsavja u l-implużjoni ta' l-Unjoni Sovjetika; Anke jekk dak iż-żmien it-terminu 'Unjoni Ewropea' ma kienx uffiċjalment addottat. Sfortunatament, il-mod kif kienet immexxija l-istrateġija tat-tkabbir ma kienx verament adottat pari passu mal-problemi. B'mod partikolari, enfasizzajna wisq li nikbru iżda mhux wisq li napprofondixxu rwieħna. Dik hija r-raġuni li issa sa ċertu punt, mil-lat istituzzjonali, qegħdin f'sitwazzjoni diffiċli. Iżda dan kollu ma jbiddilx il-fatt li dan kien mument storiku għall-Ewropa, l-integrazzjoni Ewropea u d-dinja.

It-tamiet tiegħek għall-50 sena li jmiss għall-familja Ewropea?

Etienne Davignon : Dak kollu li nixtieq għas-snin li ġejjin huwa li l-Istati Ewropej iżommu l-kunfidenza u l-ambizzjoni li jirrispondu għall-idea fundamentali li fuqha huwa msejjes il-proġett Ewropew li ssawret mill-ħamsinijiet 'il hawn, jiġifieri l-Istati jaġixxu flimkien f'solidarjeta' bil-volonta' tagħhom li jevitaw li jaqtgħu qalbhom. Aħna rridu nsawru l-futur tagħna mingħajr ma nkunu sempliċement maħkuma mill-fatti u l-fatalità ; Permezz ta' din l-ambizzjoni nistgħu niddefinixxu s-suġġetti, l-aspetti li għandna nittrattaw flimkien. Għandu jkollhom għan ġenerali u mhux sempliċement għan partikolari ; u l-għan ġenerali, huwa dan li ġej: ir-responsabbilita' li nkomplu naħdmu flimkien sabiex inħallu impatt fuq id-dinja għas-suċċessuri tagħna. L-Ewropa tagħna hija komunità ta' valuri, li mhix soġġetta għad-diversità tagħha iżda tassumiha kompletament. Aħna naqsmu din l-aspirazzjoni li nibnu Ewropa li tkun ibbażata fuq l-unità u d-diversità, il-progress ekonomiku u l-ġustizzja soċjali. Ewropa li tħares kisbietha ta' solidarjeta' u integrazzjonijiet suċċessivi f'dawn il-50 sena. Kif ukoll toħloq rabtiet ta' kooperazzjoni mill-qrib ma' l-imsieħba tagħha.

Frans Andriessen: Id-dinja hija ferm differenti minn dik li kienet 30-40 sena ilu! L-impressjoni tiegħi hi li l-iżviluppi qed jgħaġġlu minħabba l-globalizzazzjoni, bl-iżviluppi ta' ekonomiji ġodda fiċ-Ċina, l-Indja u l-Amerika Latina, u l-pożizzjoni dgħajfa ta' l-Istati Uniti fir-rigward ta' prestiġju u influwenza. Fis-snin li ġejjin, fid-dinja se jkun hemm tibdiliet radikali; dan kollu jfisser li wieħed ma tantx jista' jbassar il-ġejjieni. Madankollu nemmen li l-problemi globali dwar il-klima, l-ambjent u l-enerġija, ir-riżorsi u l-ilma se jkollhom impatt enormi fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel fażi ta' integrazzjoni ta' l-UE l-idea ewlenija kienet li tiġi evitata l-gwerra, u bl-istess mod, issa, l-isfidi l-ġodda għandhom iħeġġul-UE sabiex tagħmel passi ulterjuri fl-integrazzjoni tagħha. L-impatt ta' dawn it-theddidiet enormi lejn il-bniedem jistgħu jgħaqqduna mal-bqija tad-dinja sabiex insibu soluzzjonijiet komuni għal dawn il-problemi. Din hija opportunità, jekk aħna ppreparati li naħdmu għaliha. L-Ewropa ma kinitx żvilupp storiku naturali. Kienet għemil ta' rieda. U jekk irridu, nistgħu nerġgħu nirnexxu, jekk iċ-ċirkostanzi ta' madwarna jgħinuna, u dan jista' jkun il-każ meta naffaċċjaw l-isfida li nsalvaw id-dinja għall-futur tal-bniedem.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna