Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

It-Trattat ta' Liżbona jwassal lill-Ewropa lejn is-seklu 21

It-Trattat ta' Liżbona jwassal lill-Ewropa lejn is-seklu 21

13/12/07

Il-qafas legali ġdid iħejji lill-UE biex tindirizza l-isfidi futuri u jagħti rwol aktar importanti lill-pubbliku.

Matul l-iffirmar tant mistenni tat-Trattat il-ġdid ta' l-UE, il-mexxejja mis-27 pajjiż membru wrew b'mod ċar ir-rieda tagħhom li jwasslu l-Ewropa fis-seklu 21. Kif xieraq, iċ-ċerimonja (13 ta' Diċembru) seħħet fil-monasteru maestuż ta' Jeronimo f'Liżbona.

Jeħtieġ li l-UE timmodernizza u tirriforma sabiex tisfrutta l-potenzjal sħiħ tagħha. Il-qafas legali l-ġdid tfassal għal dan il-għan biss. Iżda x'ifisser dan fil-prattika? Lil min se jgħin? U kif?

Bla ebda dubju l-benefiċċji se jinkludu:

  • aktar demokrazija u trasparenza – jekk miljun Ewropej minn diversi pajjiżi jingħaqdu flimkien, jistgħu jirrikorru għand il-Kummissjoni biex tfassal proposti għal politiki ġodda (‘inizjattiva taċ-ċittadini’). U l-intervent ta' l-UE se jiġi sorveljat sabiex ikun żgurat li jseħħ biss fejn jinkisbu riżultati li jkunu aħjar minn dawk ta’ azzjoni fil-livell nazzjonali.
  • aktar effiċjenza mill-2014 it-teħid ta' deċiżjonijiet se jkunu bbażati fuq sistema ta' maġġoranza doppja (dan ifisser li 55% ta' l-istati membri jistgħu jivvutaw. Mill-inqas, dawn għandhom jirrappreżentaw 65% tal-popolazzjoni ta' l-UE). L-UE se tkun kapaċi taġixxi aktar malajr f'kwistjonijiet ġuridiċi u ta' ordni, kif ukoll tneħħi kull ħjiel ta' attivitajiet kriminali bejn il-fruntieri.
  • aktar drittijiet – il-Karta għad-drittijiet fundamentali ffirmata reċentement, li issa għandha l-istess status legali bħat-trattati ta' l-UE, se tipproteġi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
  • aktar saħħa internazzjonali l-UE se jkollha personalità legali unika, li ssaħħaħ il-poter tan-negozjar tagħha u tagħmilha aktar effettiva fuq livell dinji. Kif ukoll kariga ġdida għall-affarijiet barranin u l-politika ta' sigurtà ser iżżid l-impatt u l-koerenza fl-azzjoni barranija ta' l-UE.

Il-mexxejja ta' l-Ewropa laħqu ftehim. Issa, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeċiedu kif se jiġi ratifikat it-Trattat – jekk hux permezz ta' vot popolari jew mir-rappreżentanti tagħhom. F'kwalunkwe każ, it-tama hi li t-Trattat il-ġdid jidħol fis-seħħ sa l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss f'Ġunju 2009.

It-triq lejn it-Trattat ta' Liżbona

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna