It-Trattat ta' Liżbona daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru, 2009. Dan jagħti lill-UE istituzzjonijiet moderni u jtejjeb il-metodi ta' ħidma biex jiġu ttrattati b'mod effiċjenti u effettiv l-isfid attwali fid-dinja tal-lum. F'dinja li qed tinbidel malajr, l-Ewropej iduru lejn l-UE biex tindirizza kwistjonijiet bħall-globalizzazzjoni, it-tibdil klimatiku u demografiku, is-sigurtà u l-enerġija. It-Trattat ta’ Liżbona jsaħħaħ id-demokrazija fl-UE u l-kapaċità tagħha biex tippromwovi l-interessi taċ-ċittadini minn jum għall-ieħor. iktar
X’hemm ġdid?
-
23/03/2011 - Il-Parlament japprova l-bidliet fit-Trattat għall-mekkaniżmu ta' stabilità
Fit-23 ta' Marzu, il-Parlament Ewropew approva bidla limitata fit-Trattat li tippermetti l-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà. Il-Membri Parlamentari kienu sodisfatti bis-'sinjali pożittivi' mogħtija mill-Istati Membri biex il-mekkaniżmu intergovernattiv jitqarreb iktar lejn il-qafas tal-UE.
L-aħbarijiet kollha |