Avviż legali | Cookies | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
It-Trattat ta’ Liżbonaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2)
EUROPA > It-Trattat ta’ Liżbona > Ħarsa lejn it-Trattat > L-UE fid-dinja
Paġna ta’ merħbaPaġna ta’ merħba

L-UE fid-dinja

Permezz tal-promozzjoni tal-valuri u l-interessi globali tagħha, l-UE hi l-akbar negozjatur dinji u l-akbar fornitur ta' għajnuna lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Taħt it-Trattat ta' Liżbona, l-Ewropa se titkellem aktar ċar dwar ir-relazzjonijiet esterni.

Sabiex l-Ewropa tisfrutta l-potenzjal tagħha bħala attur globali jeħtiġilha li żżomm il-libertà, is-sigurtà u l-prosperità fl-Ewropa. F'dinja globalizzata, l-isfidi bħall-iżgurar tal-enerġija, it-tibdil klimatiku, l-iżvilupp sostenibbli, il-kompetittività ekonomika u t-terroriżmu ma jistgħux jiġu tttrattati minn pajjiż wieħed biss, iżda jeħtieġu tweġiba li l-UE kollha kemm hi tista' tipprovdi.

It-Trattat ta' Liżbona jinkludi żewġ innovazzjonijiet istituzzjonali importanti b'impatt importanti fuq l-azzjoni esterna tal-Unjoni: il-President "permanenti" tal-Kunsill Ewropew maħtur għal kariga ta' sentejn u nofs li tista' tiġġedded, u r-Rappreżentanza Għolja ġdida tal-Affarijiet Barranin u l-Politika dwar is-Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni għandhom jassiguraw l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. It-Trattat ta' Liżbona se jgħin sabiex l-UE tiffunzjona b'mod aktar effiċjenti u konsistenti madwar id-dinja. L-UE jista' jkollha opinjoni aktar b'saħħitha fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi msieħba u l-organizzazzjonijiet madwar id-dinja, billi tgħaqqad aspetti differenti tal-politika esterna tal-UE, bħal pereżempju d-diplomazija, is-sigurtà, il-kummerċ, l-iżvilupp, l-għajnuna umanitarja u n-negozjati internazzjonali.

L-impatt tal-intervent mill-UE hu msaħħaħ ukoll permezz tas-Servizz ġdid Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li jiġbor ir-riżorsi tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri sabiex jassistu r-Rappreżentanza Għolja.

It-Trattat jintroduċi għall-Unjoni personalità legali unika li tippermettilha li tikkonkludi ftehimiet internazzjonali u tingħaqad ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Għalhekk l-UE tkun tista' titkellem u tieħu azzjoni bħala entità unika.

It-Trattat ta' Liżbona jagħti profil ogħla lill-prinċipji li skonthom taġixxi l-Unjoni Ewropea: id-demokrazija, l-istat ta' dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u l-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà. It-Trattat jintroduċi għall-ewwel darba bażi legali speċifika għall-għajnuna umanitarja u l-possibbiltà li jinħoloq Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja.

Filwaqt li jistipula r-rwol tal-UE fid-dinja, it-Trattat ta' Liżbona jittratta l-politika komuni dwar is-sigurtà u d-difiża, jirrikonoxxiha bħala parti integrali tal-Politika Komuni Barranija u ta' Sigurtà. Din tinkludi "klawżola ta' solidarjetà", li tisħaq għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha sabiex jaġixxu flimkien jekk Stat Membru jkun mira ta' attakk terroristiku.

Avviż legali | Cookies | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna