Avviż legali | Cookies | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
It-Trattat ta’ Liżbonaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2)
EUROPA > It-Trattat ta’ Liżbona > Ħarsa lejn it-Trattat > Ewropa tad-drittijiet u valuri
Indaħħlu l-Ewropa fis-seklu 21Indaħħlu l-Ewropa fis-seklu 21

Ewropa tad-drittijiet u valuri

Id-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem: dawn huma l-valuri ċentrali tal-UE li huma stipulati fil-ftuħ tat-Trattat ta’ Liżbona. Huma komuni għall-Istati Membri kollha, u kwalunkwe pajjiż Ewropew li jaspira għas-sħubija fl-Unjoni jkollu jirrispettahom.

Il-promozzjoni ta’ dawn il-valuri, kif ukoll il-paċi u l-benessri tal-popli tal-Unjoni issa huma l-għanijiet ewlenin tal-Unjoni. Dawn l-objettivi ġenerali huma segwiti minn lista sħiħa ta’ għanijiet aktar fid-dettall, inklużi l-promozzjoni u l-ħarsien tal-ġustizzja soċjali kif ukoll il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni.

It-Trattat ta’ Liżbona jagħmel avvanzi kbar fejn jidħol il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali. Jiftaħ it-triq sabiex l-Unjoni tikseb adeżjoni fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

Apparti dan, it-Trattat ta’ Liżbona jiggarantixxi l-infurzar tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. B’hekk l-UE takkwista katalgu ta’ drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali li jorbtu legalment mhux biss fuq l-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha, imma wkoll fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Il-Karta telenka d-drittijiet fundamentali kollha taħt sitt intestaturi ewlenin: id-Dinjità, il-Libertà, l-Ugwaljanza, is-Solidarjetà, iċ-Ċittandinanza u l-Ġustizzja. Tisħaq ukoll dwar id-drittijiet l-oħra li ma ġewx inklużi fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, bħall-protezzjoni tal-informazzjoni, il-bijoetika u d-dritt għall-amministrazzjoni ġusta. Tafferma mill-ġdid il-passi importanti biex id-diskriminazzjoni minħabba s-sess, ir-razza jew il-kulur issir illegali. Barra minn hekk issemmi d-drittjijet soċjali li jiġu applikati fil-kumpaniji, pereżempju d-dritt li l-ħaddiem jinżamm informat, ikun jista' jinnegozja u jieħu azzjoni kollettiva - fi kliem ieħor, id-dritt li l-ħaddiema jistrajkjaw.

L-aħħar iżda mhux l-anqas, it-Trattat ta’ Liżbona jintroduċi dritt ġdid, li jippermettilek issemma' leħnek dwar kwistjonijet Ewropej: petizzjoni li jkun fiha għall-inqas miljun firma miġbura minn għadd ta’ Stati Membri tista’ tintbagħat lill-Kummissjoni bħala stedina biex tittieħed inizjattiva leġiżlattiva.

Avviż legali | Cookies | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna