Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Nitkellmu dwar l-Ewropa: l-imgħoddi u l-ġejjieni

Nitkellmu dwar l-Ewropa: l-imgħoddi u l-ġejjieni

11/04/07

L-UE kienet ħerqana li tinvolvi lill-pubbliku fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena minn meta twaqqfet.U fl-avvenimenti li qed jittellgħu madwar l-Ewropa kollha, bosta qegħdin jużaw din l-opportunità biex iwasslu l-opinjoni tagħhom dwar il-proġett Ewropew.

F'bosta bliet u pajjiżi fosthom Malta, Riga u Ruma English (en) italiano (it) , ittellgħu għadd ta' dibattiti popolari bil-għan li jiflu l-valuri ta' missirijiet l-UE u kif dawn jippreżentaw irwieħhom fid-dinja moderna.F'Lille, inġabru 3,000 ruħ għal dibattitu prinċipali dwar l-Ewropa, bis-sehem ta' personalitajiet bħall-attriċi Franċiża Sarah Biasini u l-eks President tal-Kummissjoni Jacques Delors. Xi organizzazzjonijiet li ma jeħtieġu l-ebda introduzzjoni bħall-Greenpeace u l-SOS Racisme ta' Franza kienu hemm ukoll sabiex jiddiskutu l-ambjent, id-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u kwistjonijiet oħra ewlenin għall-UE.

Il- Festival ta' l-Ewropa f'Londra li dam għaddej għal ħmistax sħaħ, ġabar flimkien akkademiċi, kittieba u artisti minn kull naħa ta' l-Ewropa u anke lil hinn minnha sabiex jiddibattu mal-pubbliku dwar bosta kwistjonijiet varji Ewropej bħal x'għamla futura għandha tieħu l-UE u l-identità u l-valuri Ewropej.

Fl-Italja, Ruma, Turin u Lecce ospitaw l-Europedia – esperjenza innovattiva li tieħu lill-ispettaturi fuq vjaġġ speċjali interattiv. U fi Stokkolma, seminar ta' erbat ijiem ippermetta lill-pubbliku jaqsam l-opinjonijiet tiegħu dwar suġġetti attwali Ewropej ma' riċerkaturi, politiċi u negozjanti ewlenin.

L-internet u l-programmi tar-radju u t-TV kienu wkoll mezz ewlieni sabiex jinqasmu u jiġu kkomunikati l-ideat. Fis- Slovenja, xi rappreżentanti tal-Kummissjoni ħadu sehem f'web-chats tat-tip Q&A (mistoqsija u risposta) u kienu mistiedna f'programmi popolari tar-radju f'Nikosija, Ljubljana u Dublin.F'Barċellona, nofs miljun semmiegħ tar-radju segwew il-programm popolari ta' l-aħbarijiet El Matí de Catalunya Ràdio meta ġew intervistati l-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-kap tal-politika barranija Ewropea Javier Solana, li tħaddtu dwar xi suġġetti jaħarqu bħall-bidla fil-klima, l-enerġija u l-użu tal-lingwi fl-UE.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna