Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Jum l-Ewropa jilħaq il-quċċata

Jum l-Ewropa jilħaq il-quċċata
Gwidi Alpini jtellgħu l-bandiera ta' l-UE fuq quċċata Alpina.

15/05/07

Minn muntanji tassew sbieħ sa produtturi tal-films tajbin – id-diversità kulturali ċċelebrata permezz tal-wirt, kisbiet u artisti Ewropej

Preċiżament fl-10.30 fid-9 ta' Mejju, ħamsin gwida tal-muntanji tellgħu l-bandiera Ewropea fuq ħamsin quċċata differenti madwar l-Italja. Mill-Alpi sal-vulkanijiet ta' l-Etna u l-Vessuvju, il-bandiera Ewropea xxejret biex tfakkar il-50 anniversarju ta' l-UE. Dan l-avveniment ambizzjuż kien organizzat mill-assoċjazzjoni tal-gwidi tal-Muntanji fil-Lombardiait biex ifakkar il-kontribuzzjoni kontinwa ta' l-UE għall-paċi fl-Ewropa fl-okkazzjoni ta' l-għeluq tal-50 sena kif ukoll biex jiċċelebra il-muntanji spettakolari u ż-żoni Ewropej ta' ġmiel naturali ferm.

Ċelebrazzjoni importanti oħra kienet il-mod kif l-Awstrijaċi fakkru Jum l-Ewropa fi Vjenna, bit-taħwil ta' medda kbira ta' fjuri fil-ġnien "Blumengärten Hirschstetten”. B'daqs ta' 30m b'25m, ir-roqgħa turi mappa ta' l-Ewropa, b'ilwien u sfumaturi li jindikaw il-pajjiżi individwali u l-wasla differenti tal-membri ġodda.

27 pajjiż, 27 film, 4 bliet, 432 projjezzjoni – Għaqqadhom flimkien u jkollok il-Eurocine27English (en)Français (fr)Nederlands (nl) . Din l-inizzjattiva serviet ta' vetrina għal-films Ewropej - film li qatt ma ntwera qabel minn kull wieħed mis-27 pajjiż membru intwerew f'Ruma, Pariġi, Madrid u Brussell. Ġurnata għal dawk li jħobbu jmorru jaraw il-films biex iduqu ftit id-diversità kulturali ta' l-UE!

Il-wirt xjentifiku, intellettwali u kulturali ta' l-Ewropa kien fil-mira ta' l-attenzjoni fil-parlament Ewropew fi Brussell. Dibattitu speċjali ġie organizzat għal jum l-Ewropa. Dan kien jinvolvi 13-il rebbieħ Ewropew tal-premju Nobel fosthom l-ex President tal-Polonja Lech Wałęsa u l-fiżiċista Taljan Carlo Rubbia, ġew mistiedna jiddiskutu l-passat, preżent u futur tal-kisbiet ta' l-UE.

Il-belt kapitali tal-Belġju inawgurat il-festeġġjamenti fil-5 ta' Mejju bl-open day annwali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE. 'Il fuq minn 70, 000 viżitatur, inkluża r-Reġina Paola tal-Belġju, taw titwila fil-binjiet ta' l-UE biex jiskopru x-xogħol ta' kuljum tal-personal ta' l-UE.

"Jum l-Ewropa" – Bnadar ta' l-UE fuq l-Alpi (filmat) 2'29"

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna