Fidili lejn il-politika ta’ ftuħ rigward iċ-ċittadini, il-Kummissjoni Ewropea se tilqa’ l-pubblika fi ħdanha nhar il-5 ta’ Mejju, bħala bidu tal-Ġurnata ta’ l-Ewropa. 

















L-attrazzjoni ewlenija tal-ġurnata se tkun għal darba oħra, il-Berlaymont 
, simbolu tal-preżenza Ewropea fi Brussell. Bħal kull sena, l-attivitajiet se jsiru ġewwa kif ukoll barra l-bini.
Ġewwa, dawk li jżuru se jiskopru bosta stands iddedikati għat-temi u l-politiki Ewropej l-kbar, se jsegwu preżentazzjonijiet u jieħdu sehem f’diskussjonijiet. Se jkollhom ukoll il-privileġġ rari li jittestjaw it-talenti tagħhom ta’ interpreti bl-għajnuna tal-professjonisti.
Iż-żewġ mumenti kruċjali tal-ġurnata se jkunu, mingħajr l-ebda dubju, il-wasla tar-reġina Paola tal-Belġju, li tintlaqa’ mill-President José Manuel Barroso u l-Viċi-Presidenti Siim Kallas u Margot Wallström, kif ukoll il-ftuħ għall-pubbliku tas-sala tal-laqgħat tal-Kummissjoni u ta’ l-uffiċċju tal-President.
Barra l-bini, se jkun hemm programm miżgħud u varjat għaż-żgħar u kbar, b’mod partikolari:
- Podju mużikali fejn se nsibu mużisti li jdoqqu kull tip ta mużika, fosthom il-grupp popolari li jdoqq il-mużika tal-Beatles, Abbey Road ; Download program here
[12 KB]
- Animazzjonijiet ta’ divertiment ;
- Il-fiera tad-divertiment tas’ Libramont bl-annimali tar-razzett tagħha, bil-prodotti lokali u l-karozzini tagħha.
Id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni mhumiex se jkunu wieqfa. Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikultura se jorganizza distribuzzjoni b’xejn ta’ frott, id-direttorat għall-iżvilupp se jwaqqaf villaġġ Afrikan u dak tar-riċerka se jwettaq demostrazzjonijiet ta’ vetturi intelliġenti. Fl-aħħar, id-Direttorat Ġenerali għat-tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, flimkien’ma’ l-OLAF, se jippreżentaw klieb imħarġa biex ixammu u t-trakk « skaner » tad-dwana Belġjana.
Din l-operazzjoni ta’ jum miftuħ għall-pubbliku toffri lill-pubbliku ġenerali l-okkażjoni li, għal ftit sigħat, jgħixu l-ġurnata ta’ kuljum ta’ 27 000 uffiċjal 

tal-Kummissjoni, li barra minn hekk jistgħu jżuruha kuljum.
Il-Ġurnata ta’ l-Ewropa hi ċċelebrata kull sena biex tfakkar id-Dikjarazzjoni Schuman 

















tad-9 ta’ Mejju 1950, att ta’ tnissil ta’ l-Unjoni Ewropea.