Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Maastricht 15-il sena wara

Maastricht 15-il sena wara

15/02/07

Fis-7 ta' Frar, 1992, il-mexxejja tat-tnax-il membru li dak iż-żmien kienu jiffurmaw l-UE qablu dwar dokument ambizzjuż li witta t-triq għal numru ta' kisbiet ewlenin, u fuq kollox il-ħolqien tal-munita unika, l-euro.

Bħal dan ix-xahar ħmistax-il sena ilu ġie ffirmat trattat ġewwa l-belt ta' Maastricht fl-Olanda. Dan it-trattat tefa' ż-żerriegħa ta' xi ħaġa li llum il-ġurnata saret parti ewlenija mill-ħajja ta' kuljum għal 316 miljun ruh madwar l-UE:il-munita komuni, l-euro.

Għalkemm ma ġiex introdott sa l-2002, l-euro jaf l-eżistenza tiegħu lill-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) ta' bejn il-membri ta' l-UE, li ħarġet mit-Trattat ta' Maastricht. Uffiċjalment imsejjaħ it-trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Maastricht ġab miegħu moviment aktar ħieles tal-kapital, politiki ekonomiċi komuni bejn il-pajjiżi u, fl-1998, il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB), li jieħu ħsieb l-euro.

Il-Kummissarju Ewropew għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji Joaquin Almunia jgħid hekk dwar il-benefiċċji: "L-euro huwa l-aktar simbolu potenti ta' l-integrazzjoni Ewropea. L-euro ipproteġiena mill-ħasdiet esterni u ta lill-Ewropa rwol aktar qawwi globalment."

Imma r-riżultati ta' l- iffirmar storiku ma kienux limitati biss għall-euro u għal passi finanzjarji oħra. It-trattat ta' Maastricht kabbar l-iskop ta' l-UE u wassal għal politika barranija u tas-sigurtà komuni u koordinazzjoni fil-qasam tal-pulizija u fi kwistjonijiet ta' kriminalità.

It-trattat ta' Maastricht kien aġġornat bit-trattati ta' Amsterdam fl-1997 u Nizza fl-2001. Iżda s'issa ma kienx possibbli li tiġi adottata kostituzzjoni għall-Ewropa, li tieħu post it-trattati kollha attwali.

Għalkemm il-kostituzzjoni għadha suġġett li jniggeż, il-belt ta' Maastricht ser tkun qed tiċċelebra s-suċċess miksub s'issa, u bi ħsiebha tfakkar l-anniversarju ta' l-iffirmar bil-kbir b'enfasi Ewropea fil-festival tal-film annwali, il-festival ta' l-ikel fis-sajf u konvenju ta' xi 2,000 intraprenditur u maniġers għolja fil-kamra ż-żgħira tal-kungress Ewropew f'Ġunju.

Filmat tat-trattat qed jiġi ffirmat

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna