Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Interview

Xhieda u protagonisti

Xhieda u protagonisti
Raymond Barre, viċi president tal-Kummissjoni (mill-1967 sa l-1973) u Kummissarju responsabbli mill-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.

08/06/07

Mistoqsija waħda, żewġ xhieda u nofs seklu. Żewġ eks-kummissarji, Raymond Barre u Mario Monti, ġew mitluba li kull wieħed minnhom jirrispondi għall-istess mistooqsija doppja sabiex aħna lkoll naqraw it-testimonjanza personali tagħhom dwar l-istorja ta' l-integrazzjoni Ewropea u t-tama tagħhom għall-futur ta' l-Ewropa. Hawn huma t-tweġibiet tagħhom....

Liema hu l-avveniment li baqa' mnaqqax fil-memorja tiegħek wara l-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma?

Raymond Barre, Viċi-president tal-Kummissjoni (1967‑73), responsabbli għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji

Raymond Barre : Mill-1960 'il hawn kemm il-darba assisstejt għal bosta avvenimenti mhux mistennija kemm tul l-evoluzzjoni tal-Komunità Ewropea, kif ukoll, aktar tard, ta' l-Unjoni Ewropea, iżda dejjem essenzjaligħall-evoluzzjoni ta' dan il-proġett kbira. Mhux se nissorprendikom meta ngħidilkom li l-avveniment li baqa' mmarkat fil-memorja tiegħi, wara l-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma kien il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' l-unjoni ekonomika u monetarja. Fl-1969 ippreżentajt l-ewwel proposti lejn dawn l-għanijiet kbar u dawn kienu l-bażi ta' azzjoni futura għas-Samit tal-Kapijiet ta' l-Istati u l-Gvernijiet ta' l-Unjoni Ewropea, f'Diċembru 1969. Wara dan, f'Pariġi, bħala Prim Ministru kelli nieħu ħsieb l-istabbiliment tal-funzjonament tas-Sistema monetarja Ewropea. Wara ħafna sforzi u volontà politika kostanti min-naħa ta' Franza u l-Ġermanja, fl-1999 inħolqot l-Unjoni ekonomika u monetarja. Dawn il-proġetti kollha tal-Komunita' Ewropea, jirrikjedu paċenzja u tul ta' żmien.

Mario Monti, Kummissarju għas-Suq Waħdieni (1995-99) u l-kompetizzjoni (1999‑2004).

Mario Monti: L-Ewropa integrata tagħna mhix stat, iżda proċess dinamiku li jiżviluppa permezz ta' kisbiet u ostakli, li tnejn li huma għandhom funzjoni importanti f'din l-avventura storika bla preċendent. Bl-istess mod, l-avvenimenti ta' l-integrazzjoni li fil-fatt ma jseħħux għandhom rwol fundamentali. Personalment, fuq dan l-isfond jispikkaw tliet dati:

- l-aktar avveniment importanti u pożittiv huwa r-riunifikazzjoni ta' l-Ewropa fl-1 ta' Mejju 2004. Mudell maħluq ħamsin sena ilu wera l-abilità tiegħu li jiffunzjona taħt kundizzjonijiet ferm diffiċli u totalment imprevedibbli sabiex b'hekk jissodisfaw l-aspirazzjoni tal-pajjiżi u l-popli għad-demokrazija u l-progress ekonomiku u soċjali.

- l-aktar avveniment importanti iżda negattiv kien ir-rifjut tat-Trattat Kostituzzjonali mill-Franċiżi fit-30 ta' Mejju 2005, u mill-Ollandiżi xi ftit jiem wara. Dan batta l-proċess li  jippermetti lill-Ewropa twassal l-għanijiet tagħha b'mod aktar effettiv u żvela

kif kien żviluppa distakk b'kawża ta' nuqqas ta' komprensjoni bejn iċ-ċittadini Ewropej u l-Istituzzjonijiet li suppost iwasslulhom servizz. Dan wera wkoll, sa ċertu punt b'mod diżgustanti, kemm f'ħafna pajjiżi rabbiet l-għeruq l-istrateġija ċinika li nitfgħu t-tort fuq l-Ewropa u naħbu r-responsabilitajiet tagħna. Din inxterdet fost il-mexxejja politiċi jew is-segwaċi, la darba kien hemm nuqqas ta' tmexxija. Madankollu, dan l-ostaklu kbir seta' kien prova meħieġa, sabiex jispira riflessjonijiet profondi dwar kif dawk li huma fdati b'rwol politiku fl-Ewropa jistgħu jrabbu mġiba aktar matura, fuq il-livelli nazzjonali u ta' l-UE.

- l-aktar avveniment importanti ta' dawn l-aħħar ħamsin sena u nittama għall-ġejjieni wkoll, u bla dubju, l-aktar avveniment importanti fosthom kollha hija l-paċi fost il-membri ta' l-Unjoni Ewropea. Li kieku ma kienux imħeġġa sabiex jaħdmu flimkien f'komunità, l-istati fundaturi – b'mod partikolari l-ikbar tnejn fosthom – setgħu rritornaw wara ftit żmien għad-drawwa tas-soltu, ta' stati gwerriera.

It-tamiet tiegħek għall-50 sena li jmiss għall-familja Ewropea?

Raymond Barre : Ma naqbilx mal-biża' tat-tmiem ta' l-Unjoni Ewropea relatata mat-tkabbir tagħha. Nemmen li kull pajjiż membru, antik u ġdid, huwa konvint li l-interess tiegħu jinsab fi ħdan il-konsolidazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea. Għal darb'oħra ma nistgħux naraw rizultati jekk ma jkunx hemm sforz sostnut. Żewġ oqsma li fl-opinjoni tiegħi huma essenzjali għall-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea fil-50 sena li ġejjin huma : min-naħa, il-ħolqien ta' politika barranija li tippermetti lill-Unjoni ssaħħaħ l-opinjoni u l-interessi tagħha fl-affarijiet barranin; Min-naħa l-oħra, fl-aspett tad-difiża, jekk l-Unjoni Ewropea trid tkun ikkunsidrata b'mod serju, għandha tikseb għodda ta' difiża li teħtieġ. F'dawn iż-żewġ aspetti, bħall-Unjoni monetarja li l-ewwel nett tikkonċerna s-sovranità ta' l-Istati, sforz kontinwu għas-servizz ta' volonta' determinata, għandu jwassal għal riżultati importanti. Dawn jenfasizzaw l-elementi li jagħmlu parti minn "Ewropa ewropea" li rrid minn qiegħ qalbi

Mario Monti: Nispera li l-viżjoni tiegħi tkun ħarġet b'mod ċar mit-tweġiba tiegħi għall-ewwel mistoqsija. Nixtieq inżid ħaġ'oħra biss, mhux daqstant bħala Kummissarju għal għaxar snin (u uffiċjal-apprentist għal tliet xhur mimlija  ispirazzjoni, meta t-Trattat ta' Ruma kellu 7 snin), iżda aktar bħala ċittadin Ewropew, u din hija GRAZZI! Nindirizzaha lill-persunal ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej u l-predeċessuri tagħhom. Tabilħaqq, bħal ħaddieħor, dawn jistgħu u hemm bżonn li jwettqu xogħolhom aħjar. Iżda aħna lkoll obbligati lejhom għas-servizz tagħhom lejn l-Ewropa.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna