Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Trattat ta' riforma ta' l-UE – tibda l-ħidma

Trattat ta' riforma ta' l-UE – tibda l-ħidma
Il-President Barroso mal-PM Portugiż José Sócrates. Il-Portugal irid jara trattat ta' l-UE ġdid sa tmiem il-presidenza tiegħu.

27/07/07

Mibdija n-negozjati sabiex jistabbilixxu trattat ġdid ta' riforma għall-Ewropa

Ftit ġimgħat biss wara li l-Portugal ħa l-Presidenza fit-tmexxija ta' l-affarijiet ta' l-UEEnglishfrançaisportuguês , diġà qed jersaq viċin ta' l-għan prinċipali tiegħu: trattat ta' l-UE ġdid sa Ottubru. Wara mandat iffissat fis-samit ta' l-UE fil-21 u t-22 ta' Ġunju, il-mexxejja Ewropej issa għandhom ifittxu jibdew jibnu bażi istituzzjonali u politika soda għall-Ewropa fis-seklu 21.

It-taħdidiet li bdew il-ġimgħa l-oħra (23-24 ta' Lulju) – magħrufa bħala konferenza intergovernattiva – fasslu trattat ta' riforma li jagħmel l-UE mkabbra aktar effiċjenti u leġittima demokratikament.

fost it-titjib ewlieni li hemm ippjanatDeutschEnglishfrançais insibu:

  • UE aktar demokratika u miftuħa – kemm iċ-ċittadini kif ukoll il-parlamenti nazzjonali se jkunu jistgħu jaraw d-deċiżjonijiet qegħdin jittieħdu direttament fil-għamla ta' diskussjonijiet dwar it-tfassil tal-liġi miftuħa għall-iskrutinju pubbliku. L-Ewropej ser jingħataw l-opportunità jinfluwenzaw il-liġijiet ta' l-UE li jkunu qed jiġu proposti.
  • UE aktar effettiva – permezz ta' istituzzjonijiet effettivi u simplifikati. Tkun tinkludi teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet tal-liġi u l-ordni aktar mħaffef u konsisteni li jagħti lill-UE aktar saħħa biex tiġġieled il-kriminalità, it-terroriżmu u t-traffikar tal-bnedmin.
  • aktar drittijiet u valuri għall-Ewropej – il-valuri u l-għanijiet ta' l-UE jitniżżlu b'mod aktar ċar minn qatt qabel. U l-karta dwar id-drittijiet fundamentalidanskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska tingħata l-istess stat legali bħat-trattati ta' l-UE infushom.
  • protagonista globali aktar prominenti – l-UE tibqa' tfittex aktar koerenza bejn ix-xejriet differenti tal-politika esterna tagħha, bħad-diplomazija, is-sigurtà, il-kummerċ u l-għajnuna umanitarja. U l-blokk sħiħ jingħata personalità ġuridika waħdanija sabiex jissaħħaħ fil-poter tan-negozjar.

Skond il-Kummissjoni, dan it-titjib se "jagħti lill-Unjoni l-kapaċità li twassal bidla, li tħares aktar lill-Ewropej, iġġibilhom aktar riżq u tiftħilhom l-opportunitajiet biex jiffurmaw il-globalizzazzjoni." Huwa ttamat li t-taħdidiet iwittu t-triq għal trattat li jista' jintaħaq u jiġi ratifikat qabel l-elezzjonijiet Ewropej f'Ġunju 2009.

Barroso u Wallström dwar it-taħdidiet tat-trattat ta' l-UE (1'35")

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna