Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Il-Ġimgħa l-Ħadra – azzjoni ambjentali tal-passat u l-ġejjieni

Il-Ġimgħa l-Ħadra – azzjoni ambjentali tal-passat u l-ġejjieni
Il-Ġimgħa l-Ħadra – attenzjoni annwali fuq l-ambjent

12/06/07

Ħarsa lejn il-kisbiet u l-isfidi ambjentali fl-anniversarju ta' l-UE.

Sa mill-1973, il-kooperazzjoni Ewropea wasslet sitt programmi ta' azzjoni ambjentaliEnglish, REACHEnglish il-liġi ġdida dwar il-kimiċi, u miżuri realistiċi fil-ġlieda kontra t-tniġġiż (strateġijaEnglish u pjan ta' azzjoniEnglish). Anki jekk dan il-progress kien pożittiv, xi osservaturi u organizzazzjonijiet mhux governattivi jisħqu li għad hemm lok għal aktar titjib.

Wara nofs seklu ta' azzjoni Ewropea fuq l-ambjentEnglish, wasal iż-żmien li nirriflettu dwar it-tagħlimiet, sabiex inkunu ppreparati għall-ġejjieni. Għalhekk it-tema ċentrali tal-Ġimgħa l-ĦadraEnglish ta' l-UE (12-15 ta' Ġunju) jisimha - "Tagħlimiet mill-passat u sfidi tal-ġejjieni".

Għal tliet ijiem, il-partijiet interessati fil-politika, in-negozju u s-soċjetà ċivili se jiltaqgħu sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fuq l-ambjent u jressqu ideat ġodda għall-aħjar prassi.

Flimkien ma' dan l-avveniment, Brussell se tospita wirjaEnglish imsejħa "Mixja innovattiva fil-park" (3-15 ta' Ġunju). Viċin il-bini ta' l-istituzzjonijiet Ewropej, il-park Cinquantenaire se jospita serje ta' wirjiet minn kumpaniji differenti li għamlu l-ambjent in-negozju tagħhom.

Il-kisbiet ambjentali ta' l-UEEnglish (filmati)

50 sena nipproteġu l-ambjent ta' l-Ewropa (filmat) English

Ambjent ta' kwalità (fuljett) English

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna