Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

50 sena ta' ġlied kontra d-diżokkupazzjoni u d-diskriminazzjoni

50 sena ta' ġlied kontra d-diżokkupazzjoni u d-diskriminazzjoni
Il-preġudizzji tiegħek huma dak li tisma' minn għand ħadd ieħor – kampanja antidiskriminatorja ffinanzjata mill-UE.

22/06/07

Il-fond soċjali Ewropew ilu jtejjeb l-opportunitajiet tax-xogħol għal 50 sena.

Peress li jiffinanzja t-taħriġ u l-attivitajiet antidiskriminatorji, Il-fond soċjali EwropewDeutschEnglishfrançais (ESF) jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn il-pajjiżi ta' l-UE. Huwa jikkonċentra l-aktar fuq l-ifqar żoni ta' l-Ewropa.  Il-missjoni tiegħu hija li jgħin l-aktar gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol – ħaddiema mdaħħla fiż-żmien, iż-żgħażagħ, persuni b'diżabilità u l-minoranzi etniċi – biex isibu jaħdmu.

Il-proġetti ta' l-ESFDeutschEnglishfrançais ikopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, mit-twaqqif taċ-ċentri għat-taħriġ fl-Irlanda għaż-żgħażagħ li ma lestewx l-edukazzjoni, għall-ħolqien ta' proġrammi fi Spanja biex jgħinu lill-poplu Roma jtejjeb il-kapaċitajiet tax-xogħol tiegħu. Proġett AwstrijakDeutschEnglishfrançaisjgħin lill-eks-ħabsinjerġgħu jintegraw rwieħhom fis-soċjetà: "l-irġiel u n-nisa li jieħdu dan il-kors jiġu minn kull livell ta' ħajja. Ħafna minnhom għandhom passat mimli problemi personali, bħall-vizzju tad-droga, djun, alkoħoliżmu, u ftit li xejn ikollhom kwalifiki" qal is-sur Hanser-Mantl li huwa responsabbli mill-proġett.

Qed jiġu organizzati avvenimenti madwar l-Ewropa kollha sabiex iqajmu l-għarfien dwar l-opportunitajiet offruti mill-ESF. Konferenza u wirja fotografika itinerarja Deutsch (de) English (en) se jinawguraw l-anniversarju, 28 u 29 ta' Ġunju, f'Potsdam, il-Ġermanja.  L-avvenimenti se jħarsu lejn il-kisbiet imgħoddija tal-Fond u juru l-proġetti tal-ġejjieni għall-perjodu 2007-13DeutschEnglishfrançais . Fil-Ħarifa, il-wirja se tmur Brussell, Malta, ir-Renju Unit u l-Portugall.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna