Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Tagħrif għall-konsumatur – l-UE tagħti daqqa t'id

Tagħrif għall-konsumatur – l-UE tagħti daqqa t'id

23/02/07

Minħabba għażla akbar fis-suq għall-konsumatur, l-Ewropej iridu jkun dejjem aktar għaqlin. Biex tgħinhom f'dan, l-UE tipprovdi tipi differenti ta' informazzjoni dwar drittijiethom u b'hekk tippermettilhom jagħżlu aktar bil-għaqal.

It-tagħrif huwa provdut b'modi differenti fuq livell Ewropew biex jgħin lill-konsumatur: Id-djarju Ewropew tal-konsumatur English għaż-żgħażagħ u DOLCETA English , sit iddedikat biex iqajjem l-għarfien fost l-adulti.

Id-djarju Ewropew għall-konsumatur huwa intiż għaż-żgħażagħ, li dejjem qed ikunu aktar suxxettibbli għar-reklamar u t-tekniki tal-promozzjoni. Huwa mmirat aħjar minn qatt qabel minħabba li huma għandhom aktar poter li jixtru. Peress li huma wkoll il-ġenituri u l-edukaturi ta' għada, id-djarju jinkoraġixxi lil dawk bejn il-15 u t-18-il sena jsiru konsumaturi aktar sofistikati.

Miljuni ta' kopji tad-djarju Ewropew għall-konsumatur tqassmu fl-iskejjel madwar l-UE tul dawn l-aħħar tliet snin.

Is-sit tal-web DOLCETA fih artikli u quizzes maħsuba mhux biss għall-individwi, imma wkoll għad-dipartimenti tal-gvern, assoċjazzjonijiet, universitajiet u l-midja. Lill-konsumatur jagħtih it-tagħrif li jinħtieġ sabiex iqabbel il-prodotti u s-servizzi fis-suq, jiddeċiedi dwar ix-xiri u jiddefendi drittijietu bħala konsumatur. L-informazzjoni legali u prattika f'dan is-sit hija adattata għall-karatteristiċi nazzjonali ta' kull pajjiż.

Il-ħarsien tal-konsumatur huwa ħsieb ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea fl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadin ta' l-UE. Il-Kummissarju Bulgara ġdida, Meglena Kuneva, se tkun responsabbli minn dan il-portafoll.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna