Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

L-Iżvilupp Sostenibbli Naħdmu biex ikollna ġejjieni aħjar

L-Iżvilupp Sostenibbli Naħdmu biex ikollna ġejjieni aħjar

30/01/07

Bini ekoloġiku, il-konservazzjoni ta' l-enerġija, trasport urban nadif u enerġiji rinnobabbli. Dawn huma s-suġġetti li ħa jkunu fiċ-ċentru ta' l-attenzjoni fl-ewwel Ġimgħa li qatt ġiet iddedikata mill-UE għall-Enerġija Sostenibbli. Din se seħħ bejn id-29 ta' Jannar u t-2 ta' Frar, b'avvenimenti fil-Belġju, Franza u Spanja.

Il-ħtieġa li nħarsu l-ambjent tagħna u ngħaddu malajr għal forom aktar sostenibbli ta' tkabbir fl-ekonomija issa hija rikonoxxuta minn kulħadd.Waħda mill-prijoritajiet l-aktar importanti għall-UE hi li nsostnu u nippromwovu mudell ta' żvilupp li fl-istess waqt inaqqas il-faqar u jevita li jħassar in-natura..

Il-Ġimgħa dwar l-Enerġija Sostenibbli hija avveniment għaċ-ċittadini Ewropej kollha. Hija mfassla biex twieġeb l-aktar mistoqsijiet prattiċi li għandna: "Liema huma l-magni tad-dar li għandna nagħżlu?" u "Kif nistgħu nikbru ekonomikament waqt li nipproduċu oġġetti li ma jħassrux l-ambjent?" L-avveniment se jiffoka wkoll fuq użu aktar effiċjenti ta' l-enerġija u l-iżvilupp ta' enerġija rinnovabbli bħal ma huma l-biofjuwil, ir-riħ u l-enerġija mix-xemx.

L-Iżvilupp sostenibbli huwa kwistjoni ċentrali fil-politiki kollha ta' l-UE, u l-iżgurar tal-provvisti ta' l-enerġija u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima huma fost l-aktar suġġetti ta' dibattitu fuq livell Ewropew li jaħarqu. Kif qal dan l-aħħar il-President tal-Kummissjoni, Jose Manuel Barroso: "Il-ġlieda kontra t-tibdil klimatiku permezz tal-politika ta' l-enerġija u politiki oħra, għandha tkun missjoni li tiddefinixxi l-ġejjieni ta' l-Ewropa".

Il-Kummissjoni tixtieq li l-Ġimgħa ta' l-Enerġija Sostenibbli tkun avveniment annwali li jiffoka l-attenzjoni madwar l-Ewropa kollha fuq kwistjonijiet relatati ma' dan is-suġġett.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna