L-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-gvernijiet ta' l-istati membri qed ikunu mħeġġa jaħdmu aktar mill-qrib biex jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-UE. Fil-passat, kull naħa akkużat lill-oħra li mhux qed isir biżżejjed f'dan il-qasam.
Illum il-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex jitneħħa d-distakk bejn l-UE u l-poplu tagħha, qed tistipula serje ta' miżuri bbażati fuq ir-reazzjoni qawwija lejn il-proposti tagħha dwar il-komunikazzjoni ta' l-2006, lejn it-titjib tal-modi kif l-UE titkellem ma' u tisma' lill-pubbliku.
Peress li l-Kummissjoni ma tistax tagħmel dan it-titjib waħeda, din ipproponiet programm konġunt li jinvolvi lill-Parlament ta' l-UE u l-Kunsill. L-għan mhuwiex li l-messaġġi jiġu standardizzati – iżda li jkun hemm koordinament dwar x'jingħad dwar l-istess suġġetti.
Madankollu l-komunikazzjoni m'għandhiex tkun biss xi ħaġa ta' Brussell. Il-Kummissjoni qed tissieħeb ukoll mal-pajjiżi ta' l-UE li huma interessati sabiex tgħinhom jispjegaw il-ħidma ta' l-UE fl-iskejjel.
U dan għadu biss il-bidu. Fix-xhur li ġejjin, il-Kummissjoni se tadotta strateġiji ġodda għall-internet u l-komunikazzjoni awdjoviżiva. EUTube, l-ispazju tal-Kummissjoni fuq YouTube, diġà kiseb suċċess enormi,b'il fuq minn miljun klikk sa mit-tnedija tiegħu tliet xhur ilu.
Is-suċċess ta' EUTube ispira lill-Parlament ta' l-UE sabiex itella l-ewwel filmat tiegħu (Il-Premju Sakharov - naħdmu għal dinja aħjar), b'żieda għas-sors eżistenti ta' informazzjoni dwar l-UE fuq ix-xogħol.
Europe by satellite - xandira ta' l-aħbarijiet ta' l-UE
Nikkomunikaw l-Ewropa - missjoni impossibbli? – intervista ma' Margot Wallström (12'22")
Ġurnata f'DĠ Komunikazzjoni