Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Samit ta' l-UE – intlaħaq ftehim dwar it-trattat ta' riforma.

Samit ta' l-UE – intlaħaq ftehim dwar it-trattat ta' riforma.
Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-president tal-Kummissjoni José Manuel Barroso waqt is-samit

25/06/07

Negozjati ibsin jirbħu ftehim dwar ir-riforma fuq it-trattat sabiex l-UE tmur lil hinn mill-istaġnar tal-kostituzzjoni.

Ftit osservaturi kienu jemmnu li dan il-pass kien possibbli. Madankollu l-UE rnexxielha toroġ aktar b'saħħitha minn qatt qabel mill-maratona ta' diskussjonijiet li ntemmu fis-sigħat bikrin tat-23 ta' Ġunju. Il-president tal-Kummissjoni Barroso ta merħba lir-riżultat: "għall-Unjoni kienet prova ta' kredibiltà li lħaqna ftehim Dan it-trattat ta' riforma juri li l-Ewropa għandha l-kapaċità li tieħu azzjoni."

Il-mexxejja ta' l-UE sabu soluzzjonijiet għal diversi kwistjonijiet diffiċli. It-test il-ġdid se jorbot legalment il-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali. L-UE se jkollha rappreżentant għoli għall-affarijiet barranin u l-politika dwar is-sigurtà u president permanenti, Kisbiet oħra jinkludu żieda fir-rwoli tal-parlamenti nazzjonali. Kif ukoll mis-sena 2014 in-numru ta' Kummissarji se jkun imnaqqas. 

Fil-blogEnglish (en)  tagħha il-viċi-president tal-Kummissjoni Margot Wallström  tgħid li "Kien ferm importanti li nilħaqu ftehim dwar struttura u sistema ta' ħidma li tagħti lill-UE l-istrumenti neċessarji sabiex tilħaq l-isfidi tagħha tas-seklu 21 b'mod aħjar".

Il-voti "le" min-naħa ta' Franza u l-Olanda fl-2005 ma ġewx imħarsa. Issa konferenza intergovernattiva se teżamina t-tibdiliet li għandhom isiru fit-trattati eżistenti sabiex jagħmlu l-UE aktar effiċjenti wara l-aħħar tkabbir, issaħħaħ il-kredibiltà demokratika tagħha fost iċ-ċittadini tagħha u madwar id-dinja. Dan it-test huwa mistenni sa l-aħaħr ta' l-2007.

It-trattat il-ġdid għandu jkun ratifikat mill-pajjiżi membri kollha qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2009. Ladarba jkun ratifikat, it-trattat jidħol fis-seħħ fl-2009.

Stqarrija mill-President José Manuel Barroso  English (en) (3'53")

Siltiet mill-konferenza stampa tal-Presidenza  English (en) (5'13")

Kunsill ewropew ta' Brussel - 21/22 ta' ġunju 2007 - konklużjonijiet tal-presidenza

Dikjarazzjoni ta' Berlin pdf - 64 KB [64 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna