'Il fuq minn mitt żgħażugħ u żgħażugħa mit-tramuntana u n-nofsinhar ta' l-Irlanda ċċelebraw jum l-Ewropa billi vvjaġġaw flimkien fuq ferrovija antika
minn Belfast sa Dublin.Fil-vjaġġ, organizzat b'mod konġunt mill-uffiċċji ta' l-UE f'Belfast u Dublin, face-painting u magicians iddevertew lit-tfal.Mal-wasla f'Dublin, intlaqgħu minn birthdaycake ta' l-"UE 50".Fl-istess ħin, xarabank double-decker b'saqaf miftuħ
bdiet iddawwar kontinġent ta' uffiċjali ta' l-UE madwar iċ-ċentru tal-belt, u qassmet xi informazzjoni.
Filwaqt li kien qed iseħħ dan, fis-Slovenja, dgħajsa mgeżwra bl-ilwien tal-logo ta' l-anniversarju għaddiet miċ-ċentru ta' Ljubljana tul ix-xmara Ljubljanika.Flimkien ma' bliet oħra madwar il-pajjiż, il-kapitali Slovena kienet trasformata f'villaġġ Ewropew, b'ikel nazzjonali, żfin tradizzjonali u artiġjanat minn madwar il-kontinent:Tassew kienet wirja tad-diversità kulturali u ċans kbir għal viżitaturi sabiex jitgħallmu dwar il-membri l-oħra ta' l-UE.
Ljubljana ospitat ukoll fiera għall-istudenti
, li din is-sena ffukat fuq il-mobbilità ta' l-istudenti.B'enfasi fuq il-moda eċċentrika, grupp ta' skydivers flimkien mal-paraschutes tagħhom miksija bl-istilel famużi Ewropej, qabżu minn ħafna għoli 'l fuq mis-sit tal-fiera. Waqt il-qabża dawn għamlu serje ta' manuvri.
Fil-Belġju l-ġurnata kienet immarkata bit-tpoġġija lura fil-baħar ta' dgħajsa ferm speċjali.It-"Trattat ta' Ruma"
, li 30 sena ilu ħa sehem f'tiġrija madwar id-dinja fl-okkażjoni ta' l-20 anniversarju ta' l-UE, din is-sena kien involut f'esperjenza simili billi inawgura tour madwar l-Ewropa tad-dgħajjes tal-qlugħ.
"Talent, teknoloġiji u tolleranza" kienet it-tema tal-Villaġġ Ewropew
li twaqqaf f'Pariġi biex ikun iċċelebrat Jum l-Ewropa.Fost l-istands u l-wirijiet numerużi, l-attenzjoni tal-viżitaturi waqgħet fuq l-attrazzjonijiet varji pprovduti mill-Aġenzija Spazjali Ewropea
.