|
|
50 sena ta' l-UE - id-dinja tiċċelebra
|
02/03/07
With the EU soon to mark its 50th anniversary with Europe-wide celebrations, the occasion will also see events taking place around the world, including the United States, where a special ‘European Week’ will fete half a century of EU-US cooperation.
Minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinija, l-UE bniet relazzjoni tajba u partikolarment mill-qrib ma' l-Istati Uniti.Din il-kollaborazzjoni transatlantika ser tiġi ċċelebrata waqt il-" Ġimgħa Ewropea", bejn it-18 u l-31 ta' Marzu, li hija kkoordinata mill-missjoni ta' l-UE f'Washington.
L-għan ta' din il-ġimgħa huwa li tistimola għarfien aħjar ta' l-unità Ewropea u l-benefiċċji marbuta ma' din ir-relazzjoni kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati Uniti.L-avvenimenti madwar l-Istati Uniti jinkludu spettaklu tat-tielet simfonija ta' Beethoven (“Eroica”) fi New York, workshop dwar il-50 Anniversarju f'Washington DC u konferenzi, inkluż waħda organizzata miċ-Ċentru ta' l-Eċċellenza ta' l-UE f'Miami .
Bnadi oħra tad-dinja li se jtellgħu avvenimenti ta' ċelebrazzjoni ivarjaw mill-Gabon san- Nikaragwa u l- Każakstan. Il-Brażil, per eżempju, se jorganizza festival ċinematografiku ta' ġimgħa u fl-Indoneżja se jsir festival ta' l-ikel Ewropew.
Aktar dwar iċ-ċelebrazzjonijiet madwar id-dinja.
|
|