Festivals, wirjiet ta' l-arti, kunċerti, logħob tal-futbol, programmi tar-radju u t-TV - Marzu se jkun il-quċċata taċ-ċelebrazzjonijiet għall-anniversarju tat-trattat li waqqaf l-UE, iffirmat fil-25 ta' Marzu ta' 50 sena ilu.
Filwaqt li l-akbar avvenimenti - bħal Samit taż-żgħażagħ, il-laqgħa informali tal-Mexxejja ta' l-UE u l-kunċert ta' l-Istilel ta' l-Ewropa - se jseħħu f' Ruma, Berlin u Brussell, bosta bliet Ewropej oħra se jtellgħu xi attivitajiet.
F'Londra, il-Festival ta' l-Ewropa
se jistieden lin-nies biex jingħaqdu f'dibattiti dwar is-soċjetà, il-politika, l-arti u l-filosofija.Fl-Ingilterra, tim ta' l-aqwa plejers Ewropej se jiltaqgħu mal-Manchester United f'logħoba ta' karità
. Fil-Belġju, il-Palais des Beaux-Arts se jtella' wirja dwar 'viżjoni għal Brussell
' li tippreżenta proġett revoluzzjonarju minn tim internazzjonali ta' periti u fassala urbana. Fl-Olanda, il-belt ta' Maastricht qed jiċċelebra b'festival ċinematografiku
.
Ic-celebrazzjonijiet se jitmexxew minn artisti, ġurnalisti, politiċi u esperti ta' l-UE. Fuq ir-Radju 4 tal-BBC, per eżempju, il-preżentatur Ingliż Jonathan Dimbleby se jorganizza diskussjoni politika mxandra mill-Gallarija Nazzjonali ta' Dublin.
Inizjattiva oħra, Jum ir-Rebbiegħa fl-Ewropa għandha l-għan li tħeġġeġ id-dibattitu dwar l-UE fost it-tfal u ż-żgħażagħ ta' bejn is-7 u s-17-il sena.Fir-Rumanija, għalliema, studeni u priġunieri żgħażagħ se jissieħbu sabiex jippreżentaw attivitajiet teatrali, stampi u komposizzjonijiet kreattivi litterarji
dwar it-tema:l-evoluzzjoni tal-valuri Ewropej.
Tul ix-xahar kollu, se jkunu għaddejjin spettakli divertenti, sessjonijiet ta' tagħrif dibattiti miftuħa u aktar f'Kopenħagen, Sofija, Tallinn, Vjenna, Ateni u għadd ta' bliet oħra ta' l-UE, biex l-Ewropa titqarreb lejn iċ-ċittadin.
Agħti titwila lejn x'avvenimenti se jkun hemm f'pajjiżek.