Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Il-protokoll ta' Kyoto - l-UE taġixxi kontra l-bidla klimatika

Il-protokoll ta' Kyoto -  l-UE taġixxi kontra l-bidla klimatika

09/02/07

It-tieni anniversarju tad-dħul fis-seħħ tal-protokoll ta' Kyoto se jiġi ċċelebrat din il-ġimgħa. Il-ftehim għandu l-għan li gradwalment inaqqas l-ammont ta' emissjonijiet tal-gass b'effett serra li jikkawzaw it-tisħin globali u t-tibdil fil-klima. 

Il-bidla klimatika taffettwalna ħajjitna dejjem iktar kull ma tmur. F'Diċembru 1997, mexxejja minn madwar id-dinja ltaqgħu fi Kyoto (il-Ġappun) biex jiftehmu li jillimitaw l-ammont ta' gassijiet industrijali li jiġġeneraw il-pajjiżi tagħhom.Xi wħud starrew l-intenzjoni tagħhom li jaqtgħu l-emissjonijiet bi 8% mill-livelli ta' l-1990 sa l-2012. Il-ftehim daħal fis-seħħ fis-16 ta' Frar 2005.

L-UE tappoġġja bi sħiħ dan il-ftehim u wriet l-impenn tagħha biex tnaqqas it-tisħin globali bosta drabi.

"Huwa ċar li l-ġlieda kontra t-tibdil klimatiku huwa ħafna aktar minn battalja. Hija gwerra dinjija li se ddum bosta snin" qal dan l-aħħar Il-Kummissarju ta' l-ambjent Stavros Dimas.

L-UE ħadet numru ta' passi biex tnaqqas l-emmissjonijiet tagħha u tilħaq l-impenji li ħadet fi Kyoto, b'mod partikolari l-promozzjoni ta' sorsi nodfa ta' enerġija bħar-riħ, ix-xemx, il-mewġ u l-biomassa.Miżuri għall-effiċjenza ta' l-enerġija għandhom sehem ewlieni wkoll fit-tnaqqis tal-gassijiet li jikkaġunaw it-tniġġiż.

Taħt is-slogan "huma l-affarijiet żgħar u sempliċi li għad jagħmlu differenza," il-Kummissjoni tat bidu għall-kampanja tagħha "Int tikkontrolla t-tibdil tal-klima". Il-kampanja tħeġġeġ lill-Ewropej biex jagħmlu tibdiliet ċkejkna fl-affarijiet ta' kuljum:inaqqsu t-temperatura fid-djarhom, jużaw bozzoz li ma tantx jaħlu (energy-saving), jillimitaw l-użu tal-karozzi, eċċ.

It-tisħin globali mhuwiex biss problema Ewropea u l-UE qed issib modi kif tinvolvi lil sħabha internazzjonali fil-battalja. Għalkemm l-Amerka ma rratifikatx il-ftehim, hija waħda mill-pajjiżi li l-UE ħa tistieden f'dan l-impenn.

Għalkemm huwa importanti, il-Protokoll ta' Kyoto huwa biss l-ewwel pass.L-UE diġà bdiet taħdidiet ma' 188 nazzjon dwar aktar azzjoni globali minħabba t-tibdil fil-klima wara l-2012. Impenji li għadhom ġejjin jinvolvu aktar finanzjament biex jitħarsu l-foresti, jiġu żviluppati teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara fl-ambjent u jappoġġjaw il-produzzjoni tal-biofjuwil.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna