Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Festi ta' l-Ewropa f'għeluq il-50

Festi ta' l-Ewropa f'għeluq il-50
Għadha fit-triq il-ġusta – it-Tram-Europa

03/04/07

Aktar minn 400 avveniment fil-kontinent kollu raw lill-Ewropej ifittxu ħafna modi kif jiċċelebraw il-50 sena ta' l-UE bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ewlenin ikun il-25 ta' Marzu.

Fil-Portugall l-iffesteġġjar beda fl-għodwa ta' l-anniversarju b'disa' mill-palazzi l-aktar importanti ta' Liżbona jiftħu bwiebhom għall-pubbliku. Ċelebrazzjonijiet oħra komplew sa tard bil-lejl, inkluż il-festival Portuġiż O que nos toca, fejn aktar minn 240 banda Portugiża daqqew fl-ibliet imferrxa fil-pajjiż filwaqt li fetħu l-kunċerti tagħhom bid-daqq ta' l-innu Ewropew. F'Liżbona l-ispettaklu kompla b'kunċert English (en) português (pt) fil-beraħ b'xejn tal-mużika tradizzjonali Portuġiża bil-parteċipazzjoni ta' l-orkestra metropolitana. L-avvenimenti tal-ġurnata ġew fit-tmiem bil-logħob tan-nar sabiħ li xegħel is-sema' fuq Liżbona.

Għal dawk l-Ewropej li jħobbu ċ-ċinema, Malta żammet b'suċċess u b'attendenzi kbar id-Disa' Festival tal-Film Ewropew, filwaqt film speċjali dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn il-Franċiżi u l-Ġermaniżi wara l-gwerra How we hated each other!, imxandar fil-Belġju u Franza laħaq udejnza ta' 3.8m.

F'Dublinu fit-23 ta' Marzu, il-ġurnalista Brittaniku Jonathan Dimbleby ppreżenta edizzjoni speċjali dwar il-50 anniversarju tal-programm radjofoniku popolari Any Questions?. Tant kien popolari li kien ripetut il-jum ta' wara.   

B'ħarsa lejn il-futur, it-tfal ta' l-Ewropa kienu il-fokus ta' ħafna ċelebrazzjonijiet, poster competition English (en) f'Edinburgu u b'ċerimonja tat-tlugħ tal-bandiera fin-Nikosija huma biss żewġ eżempji.

Il-kummissarji Ewropej qagħdu attenti li ma jitilfu xejn mill-pjaċir. Lejlet l-anniversarju, il-kummissarju dwar ix-xogħol u l-affarijiet soċjali Vladimír Špidla ġera l-maratona čeština (cs) English (en) internazzjonali ta' Praga. Il-jum ta' qabel, il-kumissarju dwar ir-relazzjonijiet esterni Benita Ferrero-Waldner saqet fit-toroq ta' Vjenna fuq il-“Europa-Bim”, tram imżejjen bil-logo ta' EU50.

Bħal f'kull anniversarju, dehru ħafna kejkijiet ta' l-għeluq is-snin. F'Dublinu, il-kummissarju dwar is-suq intern Charlie McCreevy nefaħ fuq ix-xemgħat ta' kejk kbir ta' l-UE li kien jieżen 80 kg. U f'żoni magħluqin għat-traffiku f'ibliet Daniżi, xi 6,000 ruħ ingħataw kejkijiet imżejna bi bnadar żgħar Ewropej.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna