Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

L-Ewropa terġa' tmur l-iskola

L-Ewropa terġa' tmur l-iskola

09/02/07

Bħala parti mill-"jum ta' l-UE għall-proġetti", uffiċjali ta' l-UE rritornaw fl-iskejjel tagħhom madwar il-Ġermanja biex iwasslu l-ideali Ewropej ħarira eqreb lejn l-istudenti. L-avveniment wera l-ħtieġa li l-affarijiet ta' l-UE jidhru b'mod aktar prominenti fil-kurrikulu skolastiku tal-Ġermanja.

Fit-22 ta' Jannar, 'il fuq minn 450 civil servant mill-Kummissjoni Ewropea marru jżurul-iskejjel Deutsch li kienu jattendu meta kienu tfal. Waqt iż-żjarat tellgħu l-bandiera ta' l-UE filwaqt li ddiskutew ma' l-istudenti.

Il-verdett ġeneral dwar il-jum kien pożittiv: "it-tfal kienu interessati ħafna jisimgħu dwar l-UE u ma kellhom kważi l-ebda idea żbaljata dwarha", qalet Beate Gminder, li ilha taħdem fis-sezzjoni tar-relazzjonijiet pubbliċi ta' l-UE mill-1993. Nikola John hija viżitatriċi oħra mill-UE li kienet impressjonata. Din kienet tmur l-iskola fl-ex Ġermanja tal-Lvant. "F'reġjun b'19% qiegħda, fejn in-nies jiġu mġiegħla jitilqu biex isibu jaħdmu, stennejt li se nqatta' l-ġurnata kollha nipprova nirranġa xi twemmin falz dwar l-UE".

F’dak li huwa għarfien dwar kwistjonijiet ta' l-UE, ma damx ma ħareġ b'mod ċar li jrid jingħata aktar ħin għall-affarijiet ta' l-UE fl-iskejjel Ġermanizi. "Ħafna mill-450 ruħ mill-istituzzjonijiet ta' l-UE li ħadu sehem illum skoprew li ż-żgħażagħ jafu ftit li xejn dwar il-kwistjonijiet ta' l-UE", qalet Nikola John. Hi temmen li t-tfal iridu jiġu mgħallma l-idea ta' Ewropa f'termini konkreti sa minn ċkunithom. "L-ewwel esperjenza tat-tfal dwar l-Ewropa għandha tinvolvilhom is-sensi - iduqu ikel minn pajjiżi differenti, ikantaw il-kanzunetti tagħhom u saħansitra jippruvaw jilgħabu logħob bħal boules u l-cricket. Naturalment, l-aktar ħaġa importanti hi li jaqbdu jitgħallmu lingwi Ewropej oħra kemm jista' jkun kmieni f'ħajjithom."

Hi ssuġeriet ukoll li l-għalliema jingħataw aktar taħriġ sabiex ikunu jistgħu jgħinu lill-ġenerazzjonijiet li għadhom telgħin ikunu aktar familjari mal-mod kif taħdem l-UE.

Iż-żjarat fl-iskejjel kienu organizzati mill-gvern Ġermaniż, li bħalissa (sa Ġunju 2007) għandu f'idejh il-Presidenza ta' l-UE li ddum sitt xhur. Iż-żjarat fil-Bavarja se jsiru fis-26 ta' Marzu.

Aktar dwar iż-żjarat Deutsch .

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna