Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

L-infiq ta' l-UE – opportunità li tgħid dak li tħoss

L-infiq ta' l-UE – opportunità li tgħid dak li tħoss
Kalkolatriċi fuq mazz karti ta' l-euro

05/10/07

Parti mill-isforz li tinvolvi aktar lil kulħadd fit-tmexxija ta' l-affarijiet ta' l-UE, l-UE illum qed tistaqsi lill-Ewropej kif għandha tonfoq flushom.

Miftuħa u bla restrizzjonijiet – dan huwa t-tip ta' dibattitu li l-UE tispera tqajjem bl-eżerċizzju tal-konsultazzjoni pubblika li qed tniedi llum.

Miftuħ - għax għandu jinvolvi lil kull min għandu sehem fl-infiq ta' l-UE, fuq kull livell tat-teħid ta' deċiżjoni. Dan jinkludi lill-pubbliku ġenerali.

Bla restrizzjonijiet - l-UE trid li din il-konsultazzjoni toħroġ b'kwalunkwe tip ta' idea u suġġeriment li jistgħu jgħinuha, fiż-żmien medju u fit-tul, sabiex tassew tibdel l-aspetti kollha ta' kif tiġbor u tonfoq il-flus. L-ebda idea m'għandha tkun iċċensurata.

Il-mistoqsijiet lill-pubbliku jinvolvu l-aktar kif jistgħu jintużaw bl-aħjar mod il-flus ta' l-UE biex niksbu l-prioritajiet ta' l-Unjoni.

Il-politiki ta' l-UE u l-finazjament tagħhom jeħtieġu jinbiddlu maż-żminijiet. Biex inlaħħqu mal-ħtiġijiet ta' kontinent li jevolvi l-ħin kollu f'termini mhux biss ta' l-għanijiet tiegħu imma wkoll ta' kif jiksibhom, u li jifforma parti minn dinja li qed tinbidel malajr, l-UE trid tkun lesta li tibdel il-mod kif taħdem, u speċjalment l-għodod finanzjarji li tuża. Għalhekk il-punt tal-konsultazzjoni mhuwiex biex naraw jekk hemmx bżonn ta' riforma imma biex niġbru suġġerimenti konkreti dwar kif tista' ssir.

Hemm evidenza li ħafna nfiq huwa aktar effettiv meta jkun f'idejn Brussell. Minħabba f'hekk huwa ż-żmien it-tajjeb li nistaqsu jekk dan l-infiq jistax jiġi irridirezzjonat jew saħansitra mkabbar biex ikopri oqsma ġodda.

Imma r-riforma mhux se tamenda l-livelli massimi attwali ta' l-ifiq (kif stabbilit fil-qafas finanzjarjuDeutschEnglishfrançais ta' l-UE). Lanqas hu mistenni tibdil radikali fid-distribuzzjoni tal-finanzjament.

Jekk tixtieq tikkontribwixxi għad-dibattitu dwar ir-riforma, tista' tibgħat is-suġġerimenti tiegħek fuq is-sit web dwar ir-riforma ta' l-infiqDeutschEnglishfrançais ta' l-UE. Apparti milli fih tagħrif komprensiv dwar ir-riforma, dan is-sit se jippubblika l-kontribuzzjonijiet kollha li jirċievi bejn issa u l-15 ta' April 2008.

Fix-xhur li ġejjin, se jittieħdu passi oħra fit-triq lejn ir-riforma. F'Novembru, il-kumitati tal-baġit mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali ta' l-UE għandhom jiltaqgħu f'Liżbona. Fir-rebbiegħa li ġejja, se ssir konferenza li tanalizza r-riżultati tal-konsultazzjoni. U mhux aktar tard mill-2009, l-UE għandha tikxef ir-riformi proprji ta' l-infiq tagħha.

Għandek xi suġġerimenti dwar ir-riforma ta' l-infiq ta' l-UE?

Il-Baġit ta' l-UE – sir af il-fatti kif inhuma

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna