Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Is-servizz ta' l-UE li jittratta ċerti problemi burokratiċi li jinvolvu l-liġijiet ta' l-UE, u li huwa magħruf bħalaSolvit, għalaq ħames snin

Is-servizz ta' l-UE li jittratta ċerti problemi burokratiċi li jinvolvu l-liġijiet ta' l-UE, u li huwa magħruf bħalaSolvit, għalaq ħames snin

20/07/07

Servizz speċjali ta' l-UE maħsub sabiex jassisti lill-Ewropej li jgħixu u jaħdmu barra minn pajjiżhom fl-UE qed jiffesteġġa l-ħames snin minn meta twaqqaf.

Qed issibha diffiċli takkwista permess tar-residenza fl-UE? Mhumiex qed jirrikonoxxulek il-kwalifiki tiegħek? Jew in-negozju tiegħek iċċaħħad minn aċċess għal xi suq fl-UE? Kull meta jinqalgħu dawn it-tipi ta' problemi u ħafna oħrajn, is-servizz Solvit ta' l-UE dejjem lest biex iwassal għal soluzzjoni.

Minn Lulju ta' l-2002 'il hawn, Solvit offra soluzzjonijiet prammatiċi u bla dewmien lin-negozji u ċ-ċittadini li ħabbtu wiċċhom ma' xi problemi meta ġew biex jinfurzaw jeddijiethom skond il-liġijiet ta' l-UE sabiex jivvjaġġaw madwar il-kontinent bi skopijiet ta' bidu ta' ħajja ġdida f'pajjiż ieħor, xogħol jew studju.

Hemm ċentru Solvit f'kull pajjiż ta' l-UE, u anke fin-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein. Dawn iċ-ċentri, li jiffurmaw parti mis-servizz ċivili ta' kull pajjiż, huma impenjati li jipprovdu assistenza bla ħlas lill-Ewropej kollha.

Solvit solva 1,800 tilwima bla ma kien hemm il-ħtieġa li jittieħdu proċeduri legali. Il-biċċa l-kbira tagħhom issolvew f'anqas minn għaxar ġimgħat. 'Il fuq minn żewġ terzi tal-każi Solvit oriġinaw minn fost il-pubbliku ġenerali, bl-akbar numru ta' problemi jinvolvi s-sigurtà soċjali, it-taxxi u r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali. Il-bqija feġġew minn fost in-negozji li kienu għadhom qed jiffaċċjaw problemi konnessi mat-taxxi, ma' l-aċċess għas-suq tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jew ma' l-istabbiliment tagħhom barra mill-pajjiż oriġinali tagħhom.

F'każ Solvit tipiku li deher dan l-aħħar, ċittadin Taljan xtara karozza Amerikana minn għand importatur Olandiż li kien irreġistra l-vettura fil-Ġermanja. L-uffiċċju lokali Taljan tar-reġistrazzjoni tal-vetturi m'aċċettax id-dokumenti li normalment huma meħtieġa sabiex tiġi rreġistrata l-karozza u talab għal aktar dokumenti. Meta ċ-ċentru Solvit ta' l-Italja staqsa lill-ministeru tat-trasport Taljan biex jintervjeni, l-uffiċċju tar-reġistrazzjoni għamel xogħlu - fi żmien tliet ġimgħat.

Jekk tħossok imċaħħad mid-drittijiet li jagħtuk il-liġijiet ta' l-UE meta tkun qed tittratta ma' l-awtoritajiet ta' pajjiż ieħor, kull ma jeħtieġlek tagħmel huwa li timla formola ta' l-ilmenti onlajn jew tikkuntattja liċ- ċentru Solvit nazzjonali ta' pajjiżek permezz ta' e‑mail jew telefonata.

Solvit huwa wieħed minn firxa ta' servizzi bla ħlas li l-UE toffrilek biex tiffaċilitalek ħajtek. Dawn jinkludu:

  • Europe Direct – informazzjoni ġenerali u prattika dwar kwalunkwe suġġett konness mal-politika jew il-liġi ta' l-UE
  • L-Ewropa Tiegħek – informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek li tgħix, taħdem u tistudja fejn trid fl-Ewropa;
  • Is-Servizz ta' Direzzjoni għaċ-Ċittadini – pariri legali personalizzati dwar id-drittijiet tiegħek li tgħix, taħdem u tistudja fejn trid fl-Ewropa.


How Solvit can help you  English (16'04")

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna