Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Inkissru s-"saqaf tal-ħġieġ"!

Inkissru s-"saqaf tal-ħġieġ"!
Alice Schwarzer, kampanjatriċi għad-drittijiet tan-nisa fil-Ġermanja mis-sebgħinijiet, f'ritratt mill-wirja "European Women" (In-Nisa Ewropej)

06/03/07

Il-Jum Dinji tan-Nisa nhar it-8 ta' Marzu se jġib miegħu sensiela ta' avvenimenti li se jenfasizzaw id-diskriminazzjoni persistenti kontra n-nisa fil-postijiet tax-xogħol.

Kont taf li fis-settur privat mara li tkun qed twettaq l-istess ħidma bħal raġel taf taqla sa 25% anqas minnu f'dik li hija paga?Ħares madwarek – kemm hawn organizzazzjonijiet li għandhom nisa f'karigi importanti?

Bosta nisa madwar l-Ewropa jgħixu wiċċ imb'wiċċ ma' din ir-realtà frustranti.M'hemmx dubju li l-Ewropej huma konxji tad-diskriminazzjoni bejn is-sessi, tant li 40% fosthom iqisuha bħala fattur estensiv.Minkejja li f'għajnejn il-liġi jistgħu jitqiesu bħala ugwali għall-irġiel, meta niġu għal dak li huwa dħul ekonomiku, in-nisa ċertament li mhumiex trattati bl-istess mod.

Fi kliem il-Kummissarju għall-opportunitajiet indaqs, Vladimír Špidla, “Fis-soċjetà demokratika tal-lum, dan ma nistgħux naċċettawh."  "Jeħtiġilna nkissru s-'saqaf tal-ħġieġ' darba għal dejjem - jiġifieri nneħħu l-idea li mara ma tistax tavvanza fil-ġerarkija. "Sabiex jiċċelebra il-Jum Dinji tan-Nisa English , se jiltaqa' ma' xi wħud mill-kollegi nisa tiegħu – il-Kummissarji Danuta Hübner, Neelie Kroes, Benita Ferrero-Waldner, Meglena Kuneva and Viviane Reding – sabiex jitħaddtu dwar “in-nisa fil-politika:progress u sfidi".

Fil-kuntest ta' din is-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs English l-azzjoni legali mhix biżżejjed – jeħtiġilna nneħħu l-isterjotipi.L-irġiel jeħtiġilhom jinvolvu rwieħhom aktar fir-responsabbiltajiet tal-familja, u l-Ewropa għandha bżonn issawwar arranġamenti ta' xogħol aktar flessibbli u servizzi ta' ċentri li jieħdu ħsieb it-tfal iż-żgħar aktar effikaċi.In-nisa għandu jkollhom l-istess opportunitajiet bħall-kollegi rġiel tagħhom.Xejn iżjed u xejn anqas.

Sabiex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-UE qed torganizza sensiela ta' avvenimenti mis-6 u sat-8 ta' Marzu. Viviane Reding, waħda mit-tmien nisa fil-Kummissjoni ta' l-UE li hija magħmula minn 27 Kummissarju, se tiddiskuti rwol in-nisa fl-IT.Personaġġi oħrajn b'karigi għoljin li se jattendu l-wirja European Women (in-Nisa Ewropej) Deutsch jinkludu l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-Kummissarju Benita Ferrero-Waldner.

Skopri x'qed jiġri fl-UE

Nisa Ewropej - il-qasam tar-riċerka għandu bżonnkom (07'47")

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna