Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Il-Presidenza Ġermaniża ta' l-UE - spinta ġdida lill-proċess kostituzzjonali

Il-Presidenza Ġermaniża ta' l-UE - spinta ġdida lill-proċess kostituzzjonali

15/02/07

Il-Kostituzzjoni Ewropea se tkun prijorità importanti fl-aġenda tal-Presidenza Ġermaniża ta' l-UE, li għadha kemm tnediet.Prijoritajiet oħra se jinkludu t-tkabbir u l-impjiegi, titjib fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà, il-ġustizzja u l-istabbiltà għall-Ewropej kollha, u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

Il-Ġermanja li ħadet f'idejha l-presidenza fl-1 ta' Jannar, qed tippresjedi billi żżomm f'moħħha l-motto "L-Ewropa – nirnexxu flimkien."Il-presidenza ta' l-UE, li tinbidel kull sitt xhur, tagħti s-setgħa lil kull pajjiż membru li javvanza ċerti kwistjonijiet fuq l-aġenda ta' l-UE.Matul il-perjodu li l-Ġermanja se tokkupa din il-pożizzjoni, waħda mill-prijoritajiet tagħha se tkun il-futur ta' l-Ewropa.

Fi kliem aktar speċifiku, il-Presidenza Ġermaniża trid li tiġi ffissata skeda għall-adozzjoni tal-Kostituzzjoni Ewropea.Il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel spjegat li l-UE kien jeħtiġilha li jkollha Kostituzzjoni qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss, u li l-Ġermanja kienet se tagħmel l-almu tagħha sabiex dan il-għan jintlaħaq.Madankollu, spjegat li l-abbozar mill-ġdid tat-test ma jistax jitlesta matul l-ewwel nofs ta' l-2007.

Prijorità oħra għall-Presidenza Ġermaniża se tkun li tingħata attenzjoni aktar qawwija lill-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, li huwa qasam li fih beħsiebha tappoġġa ħidmet il-Kummissjoni.

It-tnedija tal-Presidenza se tkun karatterizzata wkoll bl-introduzzjoni ta' sistema ġdida ta' "presidenza tripla".Dan ifisser li l-Ġermanja se tikkonsulta lill-Portugall u s-Slovenja, li huma ż-żewġ pajjiżi li se jieħdu f'idejhom iż-żewġ presidenzi li jmiss, sabiex jittejjeb il-mod kif jiġu ppjanati l-proġetti.Ngħidu aħna, it-tliet pajjiżi se jħejju flimkien samit bejn l-Ewropa u l-Afrika li se jittella' tul il-Presidenza Portugiża.

Żur il-websajt tal-Presidenza Ġermaniża

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna