L-aspetti li s'issa kiseb is-suq integrat ta' l-UE

huma - roħs fuq il-prezzijiet, għażla akbar għall-konsumaturi, ħolqien ta' kumpaniji kompetittivi u li l-Ewropa ssir aktar attraenti għall-investituri. Bil-pakkett attwali, il-Kummissjoni trid tibni fuq dan billi tkompli timmordernizza s-suq waħdieni Ewropew.
Minn dawn il-miżuri proposti, il-Kummissjoni diġà adottat il-pakkett ta' riforma dwar it-telekoms
. Il-proposti attwali jinkludu:
- aktar drittijiet għall-konsumaturi
– il-kummissjoni titlob lill-konsumaturi sabiex ikunu f'pożizzjoni li jbiddlu l-kontijiet bankarji mingħajr miżata ta' għeluq u jingħaqdu flimkien sabiex iressqu lmenti kontra l-kumpaniji
- ħarsa mill-ġdid ta' 23 swieq ta' manifattura u servizzi li mhumiex jagħtu l-potenzjal sħiħ tagħhom lill-konsumaturi u n-negozji.
- opportunitajiet akbar għal negozji żgħar


















bl-introduzzjoni ta' att dwar in-negozji ż-żgħar għall-Ewropa, jgħin biex tonqos il-burokrazija
, jiżdied l-aċċess lejn programmi Ewropej u ssir promozzjoni għall-kooperazzjoni bejn il-fruntieri
- tingħata spinta lill-mobilità tar-riċerkaturi, grazzi għal 'passaport tar-riċerkaturi'
- aktar informazzjoni għall-konsumaturi, negozji u ħaddiema – servizz ta' konsulenza one-stop se jgħinhom jieħdu vantaġġ tad-drittijiethom lejn moviment ħieles u aċċess għall-informazzjoni. Dan se jgħin lill-Kummissjoni tassigura konformità ġenerali mar-regoli tas-suq waħdieni.
Mhux is-suq waħdieni riformat biss se jieħu vantaġġ mill-globalizzazzjoni. Din se tgħin ukoll biex jinżammu livelli soċjali u ambjentali għoljin. Il-miżuri l-ġodda se jiċċaraw kif ir-regoli ta' l-UE japplikaw għas-servizzi pubbliċi u soċjali, jerġgħu jaffermaw il-bżonn għal servizzi pubbliċi
ta' kwalità għolja u ssir promozzjoni tal-produzzjoni ta' prodotti u servizzi ekoloġiċi.
Filwaqt li l-aħħar tbassir ekonomiku wera li t-tkabbir Ewropew jista' jbatti fis-snin li ġejjin, ir-riforma tas-suq waħdieni hija opportunità biex tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea, jinħolqu aktar impjiegi u tkabbir ekonomiku.
Huwa mistenni li l-mexxeja ta' l-UE jilħqu ftehim waqt is-samit tar-Rebbiegħa 2008 dwar prijoritajiet ġodda għas-suq waħdieni.
Dettalji tal-pakkett ta' riforma.
L-Ewropa trid konsumaturi infurmati sew