Il- Jiem tax-xogħol Ewropej tal-ġimgħa d-dieħla għandha tipprovdi opportunità oħra għal eluf ta' nies li qed ifittxu x-xogħol biex jiltaqgħu ma' min iħaddem. Din is-sena hemm xi 500 avveniment f'madwar 230 lokalità madwar l-Ewropa.
Apparti minn prospetti reali ta' reklutaġġ, is-sitt ijiem se jkunu sors għani ta' tagħrif dwar il-benefiċċji u l-implikazzjonijiet tax-xogħol, l-istudju u t-taħriġ f'pajjiż ieħor.
Fl-istess ħin, se jsir 

nhar is-Sibt 29 ta' Settembru fil-kwartieri ġenerali ta' l-UE fi Brussell. Justine Henin, l-istilla Belġjana tat-tennis u l-aqwa fid-dinja, se tkun il-mistiedna ewlenija.
F'xi pajjiżi, inklużi l-Belġju, Franza u l-Ġermanja, l-avveniment għandu jibqa għaddej f'Ottubru u Novembru.
L-avveniment ta' din is-sena, organizzat flimkien mal-portal dwar ix-xogħol ta' l-UE EURES, għandu jfakkar ukoll il-50 anniversarju ta' l-UE u s-sena Ewropea dwar l-opportunitajiet indaqs.
EURES – il-portal Ewropew tax-xogħol L-avveniment dwar il-jiem tax-xogħol (bl-Olandiż u l-Franċiż)
Job days event