Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Tibda għaddejja l-ġimgħa Ewropea dwar il-mobilità

Tibda għaddejja l-ġimgħa Ewropea dwar il-mobilità

14/09/07

Nagħmlu t-trasport urban aktar sikur u b'inqas tniġġiż - l-ibliet Ewropej jiżvelaw l-aħħar inizzjattivi tagħhom waqt l-avveniment annwali ta' l-UE dwar l-ivjaġġar sostenibbli.

Mis-16 sa t-22 ta' Settembru, taħt l-inizzjattiva ġenerali tal-ġimgħa annwali ta' l-UE dwar il-mobilità, aktar minn 133m ruħ f'il fuq minn 1,300 beltEnglish madwar l-Ewropa se jieħdu sehem f'sensiela ta' attivitajiet differenti mfassla biex jagħmlu l-alternattivi sostenibbli tat-trasport prattikabbli.

It-tema ta' din is-sena - Toroq għan-niesEnglish - twassal messaġġ ċar li t-tweġiba għall-isfidi attwali dwar it-trasport mhiex il-bini ta' aktar toroq. Minflok, il-ġimgħa tal-mobilità tinkoraġġixxi l-awtoritajiet lokali biex jallokaw mill-ġdid xi spazju tat-toroq għat-traffiku mhux motorizzat.

L-iskemi organizzati jinkludu: il-ħolqien ta' żoni bi traffiku mrażżan jew mingħajr traffiku  it-tnedija ta' programmi biex titnaqqas il-veloċità it-titjib tar-rotot u l-faċilitajiet tar-roti, u l-inawgurazzjoni ta' flottot ġodda ta' karozzi tal-linja ekoloġiċi. Hija ħafna aktar minn sempliċiment kampanja tal-mument.

Kull awtorità lokali li qed tipparteċipa hija mistennija tniedi mhux inqas minn skema ġdida permanenti waħda. Bħala indikatur tal-popolarità, is-sena l-oħra ġew imnedija medja ta' 2.4 miżuri permanenti f'kull lokalità. Léon, ir-rebbieħa ta' l-avveniment għall-2007, fetħet rotta ġdida għal tal-linja kif ukoll rotta ġdida għar-roti.  U fl-2006 Kopenħagen rebħet premju minħabba li ttestjat 15-il esperiment bħal, ngħidu aħna, strateġiji ġodda għall-parkeġġ.

Il-qofol tal-ġimgħa jkun il-jum mingħajr karozzi li għandu jseħħ nhar it-22 ta' Settembru fil-parti l-kbira tal-pajjiżi li qed jieħdu sehem. Hemm pajjiżi involuti lil hinn mill-Ewropa – inkitbu wkoll iċ-Ċina (għall-ewwel darba ), il-Brażil, il-Kanada u t-Tajlandja.

"It-taqbida kontra t-tibdil klimatiku u t-titjib tal-kwalità ta' l-arja huma fundamentali għal futur tagħna lkoll. Il-ġimgħa Ewropea dwar il-mobilità qed tgħin biex tiżgura li n-nies fl-ibliet jkunu jistgħu jgawdu kwalità ta' arja aħjar" qal il-Kummissarju għall-ambjent Stavros Dimas. Dawn l-inizzjattivi kollha jgħinu biex iż-żoni urbani jsriu aktar abitabbli.

Biex ikunu promossi aktar metodi ta' trasport li ma jħassrux l-ambjent, iċ-ċittadini Ewropej qed jiġu mħeġġa jużaw ir-roti kull nhar ta' Ġimgħa. Din l-inizzjattiva li hija ispirata mill-“casual Fridays”, fejn l-impjegati jitħallew jilbsu ħwejjeġ inqas formali għax-xogħol, trid tarahom jaslu x-xogħol bir-rota f'dawk il-ġranet. L-iskema se tibda bil-Kummissarji Ewropej minn nhar il-Ġimgħa 14 ta' Settembru.

Il-blog tal-ġimgħa tal-mobilitàEnglish

Proġetti fil-ġimgħa tal-mobilità fl-ibliet EwropejEnglish

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna