Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Aqbeż fl-ilma għax nadif!

Aqbeż fl-ilma għax nadif!
Għawm fix-xmajjar ta' l-Olanda bla inkwiet.

10/08/07

It-turisti jistgħu jinżlu fl-ilma b'moħħhom mistrieh peress li ħafna żoni ta' l-għawm fl-Ewropa issa jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità.

Ġej is-sajf u miljuni ta' għawwiema lesti biex imorru fil-bajjiet Ewropej. Imma nafu kemm hu nadif l-ilma li ngħumu fihEnglish? Din il-ġimgħa l-Kummissjoni adottat ir-rapport annwali tagħha dwar l-ilma ta' l-għawm b'riżultati nkorraġġanti. Aktar minn 96% tas-siti kostali issa jissodisfaw ir-rekwiżiti legali tal-kwalità. Għalkemm iż-żoni ta' l-ilma ħelu ma jġibux punti daqshekk għoljin, xorta huma ħafna aktar indaf minn kif kienu fl-2005.

Ir-rapport iqabbel l-informazzjoni mill-pajjiżi kollha ta' l-UE għall-ewwel darba. Filwaqt li l-pajjiżi membri l-"qodma" għandhom l-aħjar riżultati, il-"ġodda" għamlu l-akbar progress sena wara sena.

L-ilma ta' l-għawm jiġi analizzat kull sena abbażi kriterji fiżiċi, kimiċi u batterjoloġiċi. Il-liġi ta' l-UE tistipola livelli minimi li jridu jiġu rrispettati mill-gvernijiet nazzjonali, u kriterji oħra għall-pajjiżi li jridu jmorru oltre.

'Il fuq minn 21,000 żona kienu eżaminati fl-2006, numru akbar mis-sena ta' qabel. Iżda 254 sit ġew maqtugħa mill-elenki nazzjonali s-sena l-oħra, xi kultant bla ġustifikazzjoni. Dan jagħmel il-problema tat-tniġġiż tidher iċken billi jgħawweġ ir-riżultati tar-rapport annwali. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tniedi proċeduri ta' ksur ta' liġi kontra 11-il pajjiż ta' l-UE talli neħħew xi 7,000 sit mill-elenku nazzjonali tagħhom mill-bidu tad-Disgħinijiet.

Għal vaganza bla inkwiet, agħti ħarsa lejn ir-rapporti annwaliEnglish u l-mappa turistikaEnglish fuq is-sit dwar l-ilma ta' l-għawm tal-Kummissjoni.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna