Taf tpinġi? Tistħajjel lilek innifsek lingwista? Jew forsi l-fotografija aktar tappella għalik? Qum minn hemm u ħu sehem fil-kompetizzjonijiet il-ġodda għaż-żgħażagħ ta' l-UE. Tistħajjel lilek innifsek lingwista? Jew forsi l-fotografija aktar tappella għalik? Qum min hemm u ħu sehem fil-kompetizzjonijiet il-ġodda għaż-żgħażagħ ta' l-UE
Jekk tagħmel hekk tkun qed tagħti sehem fil-promozzjoni ta' kwistjonijiet kbar bħan-nutrizzjoni tajba, it-tagħlim tal-lingwa, il-ksur ta' l-isterjotipi u l-ħarsien tal-pjaneta. U biex tinkoraġġik, l-UE qed toffri premji bħal kameras diġitali, stedina għal gruppi sħaħ għal Brussell u premji ta' flus li jistgħu jammontaw għal €3,000.
Sensiela sħiħa ta' kompetizzjonijiet – immirati kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti – huma mħabbra fis-sit il-ġdid dwar il-premijiet u l-kompetizzjonijiet ta' l-UE. Ma tistax tirbaħ jekk ma tippruvax!
Il-kompetizzjoni tal-fotografija Ewropea dwar id-diversità qed tfittex ritratti biex tużahom bħala parti mill-kampanja kontra d-diskriminazzjoni. Jekk tirbaħ, tara xogħolok fuq powsters u flajers madwar l-Ewropa u tista' tmur lura d-dar bi premji li jistgħu jammontaw għal €3,000. Issir popolari fl-iskola wkoll, peress li l-UE tagħti wkoll €3,000 lill-iskola jew kulleġġ tar-rebbieħ ewlieni.
U għal dawk li jafu li aħna dak li nieklu, il-powster tal-konkors MiniChefs
tista' tappella għalihom. Il-powsters rebbieħa jintużaw bħala parti mil-wirja tal-jum Ewropew dwar l-ikel għaqli fit-8 ta' Novembru, meta xi 4,000 kok se jarmaw ristoranti fl-iskejjel u jistiednu lit-tfal għall-lezzjonijiet tat-tisjir.
Jekk jimpurtak mill-ambjent, tista tgħin lill-ManagEnergy









billi toħroġ bi stampi dwar l-użu ta' l-enerġija sostenibbli. Jistgħu jkunu stampi ta' trasport li ma jkunx ta' ħsara għall-ambjent jew bini tal-futur li jkun jibża' għall-enerġija.
U jekk tixtieq tkun lingwista, mela titlifx il-konkors tal-Juvenes Translatores. L-UE qed titlob liż-żgħażagħ ta' 17-il sena jittraduċu test qasir biex ir-rebbieħa jkunu mistiedna Brussell fejn il-Kummissarju għall-multilingwiżmu Leonard Orban jippreżentahom b'ċertifikat għall-eċċellenza lingwistika.