It-tliet għanijiet ta' "l-aġenda kulturali Ewropea" ġdida ta' l-UE huma li tħeġġeġ id-diversità, tippromwovi l-kultura bħala aġent tat-tkabbir u tinkorporaha fir-relazzjonijiet tagħna mad-dinja. Approvata s-sena l-oħra mill-gvernijiet u l-entitajiet kulturali waqt l-eżerċizju wiesgħa ta' konsultazzjoni pubblika 

, l-istrateġija inbdiet uffiċjalment din il-ġimgħa.
Bħala firmatarja għall-konvenzjoni tal-UNESCO 

dwar l-espressjoni kulturali, l-UE impenjat ruħha li tippromwovi d-diversità u d-djalogu bejn il-ġnus varji, kemm ġewwa l-fruntieri tagħha kif ukoll lil hinn. Bl-istrateġija l-ġdida, l-UE se tipprova tinkludi l-kultura fir-relazzjonijiet politiċi tagħha mal-pajjiżi msieħba kif ukoll fil-programmi ta' l-iżvillup tagħha. Per eżempju, qed tipproponi li toħloq fond kulturali bejn l-UE u l-ACP li jiswa €30 miljun biex jappoġġa l-kultura fil-medda ta' pajjiżi ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku.
Il-Kultura trid ukoll tiġi mħeġġa biex twassal għall-kreattività. Kont taf, per eżempju, li s-settur kulturali jiġġenera aktar dħul fl-Ewropa mill-industrija tal-kimika? Fl-2003, stħarriġ ta' l-UE wera li dan is-settur jimpjega kważi 6 miljun ċittadin Ewropew, aktar minn 3% tal-popolazzjoni f'dak iż-żmien. Tagħti spinta wkoll għall-iżvilupp ta' l-informazzjoni ġdida u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni, tistimola t-turiżmu u tgħin fir-riġenerazzjoni taż-żoni sottożviluppati jew żvantaġġati.
L-UE qed tipproponi li l-pajjiżi membri tagħha jimplimentaw l-istrateġija kulturali permezz ta' metodu flessibbli magħruf bħala koordinazzjoni miftuħa









. Dan jippermetti lill-pajjiżi jevalwaw ix-xogħol ta' xulxin u jaqsmu l-aħjar esperjenzi u prassi filwaqt li jżommu l-kompetenza tagħhom fil-qasam.
Filwaqt li din hija l-ewwel strateġija kulturali Ewropea, l-Ewropa diġà hija attiva f'dan il-qasam, permezz ta' programmi bħal Kultura 2007 
u l-Ewropa għaċ-ċittadini 

u l-programm aktar familjari MEDIA 
kif ukoll il-fondi strutturali 



.
Aktar dwar il-politika kulturali ta' l-UE 
