Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Induqu l-Ewropa madwar id-dinja

Induqu l-Ewropa madwar id-dinja

04/05/07

Permezz ta' ikel, festivals, spettakli teatrali, wirjiet ta' l-arti u programmi televiżivi, id-dinja kollha qed tieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Ewropa waqt din is-sena speċjali li tfakkar għeluq il-50 sena ta' l-UE.

Fid-9 ta' Mejju – Jum l-Ewropa – sensiela ta' avvenimenti li jinvolvu l-ikel, it-teatru u l-arti se jseħħu madwar id-dinja biex ifakkru għeluq il-50 sena ta' l-UE.Fl-Indoneżja se jkun hemm festival speċjali ta' l-ikel "Togħma English (en)   Ewropea" fl-aqwa 28 lukanda ta' Jakarta.Mill-goulash Ungeriż sat-tortellini Taljani, id-diversità fil-wirt kulturali Ewropew se jintwera permezz tat-tradizzjonijiet kulinari varji u rikki tagħha.Fil-Bangladexx, koki żgħażagħ ser jieħdu sehem f'konkors tal-fużjoni ta' l-ikel Deutsch (de) English (en) français (fr) Ewro-Bangla, li jżewwaq dawn iż-żewġ tradizzjonijiet ta' tisjir f'għażla ta' ikliet innovattivi.

Is-sħubija bejn iċ-Ċina u l-UE, l-"ispirtu Ewropew" u l-kulturi u l-ilsna Ewropej huma xi ftit mit-temiet f'wirja Deutsch (de) English (en) français (fr) ta' l-arti li għandha żżur l-ibliet fiċ-Ċina u li tiftaħ fid-9 ta' Mejju.Fl-istess jum, xi 35 stazzjoni tat-televiżoni fl-Afrika se jxandaru programm speċjali dwar il-programmi ta' l-iżvilupp iffinanzjati mill-UE. Dan il-programm jiċċelebra 40 sena ta' ħbiberija bejn l-UE u l-Kamerun English (en) français (fr) .

Il-Malawi wkoll tiċċelebra 40 sena ta' ħbiberija ma' l-UE din is-sena.Din ir-relazzjoni politika, ekonomika u kulturali wiesgħa se tkun irrappreżentata mit-tfal ta' l-iskola tal-Malawi f' kompetizzjoni artistika English (en) . Il-pitturi rebbieħa jkunu stampati bħala bolol nazzjonali.

Bolla ġdida nazzjonali Deutsch (de) English (en) français (fr) impinġija mit-tfal biex tfakkar għeluq il-50 sena ta' l-UE ser tkun ippreżentata wkoll fid-9 ta' Mejju fit-Tanżanija.Fl-istess jum, grupp teatrali Deutsch (de) English (en) français (fr) se jkun qed juri lit-tfal tat-Tanżanija leġġendi u ħolm dwar l-Ewropa b'mod ċajtier. Dawn jirreċtaw bl-ilsien 'Swanglish", lingwa popolari li tħallat l-Ingliż u l-Iswaħili.

Il-Ġappun għandu jfakkar Jum l-Ewropa bi żjarar f'50 skola Deutsch (de) English (en) français (fr) f'Tokjo u madwaru minn ambaxxaturi u diplomatiċi Ewropej. Hemmhekk se jiddiskutu kwistjonijiet Ewropej ma' l-istudenti.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna