Jekk tixtieq tieħu sehem f'festa enormi li tiċċelebra għeluq il-50 sena ta' l-UE, jaqbillek tmur Berlin! Fil-25 ta' Marzu, l-UE se tingħaqad mal-gvern Ġermaniż biex torganizza serje ta' avvenimenti ewlenin fil-kapitali tal-Ġermanja biex tgħaqqad in-nies fiċ-ċelebrazzjoni ta' nofs seklu ta' integrazzjoni Ewropea.
Waqt li l-mexxejja ta' l-UE jinġabru għal samit informali biex jikkomemmoraw għeluq il-50 sena ta' l-UE, kemm l-abitanti ta' Berlin kif ukoll dawk kollha li jkunu qed iżuru din il-belt se jkunu mistiedna jieħdu sehem fil-"Festival Ewropew", avveniment enormi madwar il-belt kollha.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ser jibdew fl-24 ta' Marzu filgħaxija b'xi ħaġa speċjali - “Lejl il-Ġmiel”. Il-mużewijiet ta' Berlin għandhom jiftħu sas-2 ta' bilejl biex b'hekk jagħtu lil visitaturi l-opportunità jerġgħu jiskopru il-wirt estetiku tal-kontinent billi jaraw għażla ta' xogħolijiet ta' l-arti Ewropej. Matul l-istess lejl, 27 bar madwar il-belt se jippreżentaw kunċerti minn 27 grupp, wieħed minn kull pajjiż membru ta' l-UE.
Għal nhar il-Ħadd 25 ta' Marzu qed jiġi organizzat kunċert fil-miftuħ
madwar il-Rixtellu ta' Brandenburg. Fuq il-palk se jkun hemm il-kantanta Taljana Gianna Nannini, il-grupp minn Berlin MIA, l-Outlandish mid-Danimarka u ħafna oħrajn. Artisti tat-toroq u gruppi tat-teatru minn madwar l-Ewropa se jipprovdu spettakli qalb in-nies filwaqt li l-kabini ta' tagħrif jagħtu l-possibiltà lil kulħadd isir jaf dwar l-UE.
Fl-istess jum, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, il-President tal-Kummissjoni Barroso u l-President tal-Parlament Ewropew Hans-Gert Pöttering se jniedu mawra ta' tagħrif madwar il-pajjiż kollu li jżur 'il fuq minn 50 belt Ġermaniża.
Skopri x'qed jittella aktar fl-UE f'Marzu
Skopri x'qed jittella aktar madwar id-dinja f'Marzu