Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Niżviluppaw flimkien f'dinja li qed tinbidel

Niżviluppaw flimkien f'dinja li qed tinbidel

21/09/07

L-Ewropa tqis il-politika interna tagħha dwar l-iżvilupp u tħares lejn l-isfidi futuri.

Wieħed mill-prinċipji globali ta' l-UE huwa li tiżgura li l-pajjiżi membri kollha jiżviluppaw flimkien. Fl-1992 twaqqaf 'fond ta' koeżjoni' sabiex jgħin lill-pajjiżi li jaffaċċjaw l-aktar sfidi diffiċli. Dan isir permezz ta' titjib fis-settur ta' l-impjiegi, finanzjar fl-infrastruttura u tnaqqis fid-differenzi tal-livelli ta' l-għajxien. Dan il-fond jaħdem permezz ta' ffinanzjar f'programmi ta' investiment li huma mmexxija b'mod dirett mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali bi sħubija ma' l-UE.

Sa issa l-politika ta' koeżjoni hija lista twila ta' stejjer ta' suċċess, iżda issa qed tħabbat wiċċha ma' sfidi ġodda. L-aktar rapport riċenti dwar l-ekonomija u l-koeżjoni soċjali jagħti ħarsa mill-qrib lejn is-sitwazzjoni tas-27 pajjiżDeutschEnglishfrançaisespañolitalianopolski ta' l-UE u l-268 reġjun.

Ir-rapport jistipola mistoqsijiet prinċipali sabiex jiffokaw id-dibattitu lejn it-triq 'il quddiem. Liema kapaċitajiet għandha bżonn l-Ewropa moderna biex tikkompeti? B'liema mod jistgħu l-UE u l-gvernijiet nazzjonali jaħdmu l-aħjar? Il-preżentazzjoni ta' mistoqsijiet bħal dawn huma importanti jekk irridu nittrattaw sfidi bħal globalizzazzjoni, rata baxxa ta' twelid u nuqqas ta' enerġija.

Waqt il-preżentazzjoni tar-rapport, il-Kummissarju għal politika reġjonali Danuta Hübner spjegat: "Il-politika ta' koeżjoni hija dwar l-għotja ta' opportunitajiet lil kull ċittadin ta' l-UE jinsab fejn jinsab."

Stejjer ta' suċċess

 

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna