Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

MEDIA 2007 - spinta ġdida għall-industrija tal-films Ewropea

MEDIA 2007 - spinta ġdida għall-industrija tal-films Ewropea

12/02/07

L-UE se tiddedika €755m bħala appoġġ għall-industrija tal-films Ewropea matul is-seba' snin taħt il-programm ġdid MEDIA 2007. Madwar 65% tal-baġit totali ser jintefaq fuq il-promozzjoni tal-films Ewropej madwar l-Ewropa u lil-hinn.

L-għanijiet ewlenin huma li ngħollu l-profil tal-kultura diversa Ewropea fuq livell mondjali u li nżidu l-kompetittività ta' l-industrija awdjoviżiva tagħna. MEDIA 2007 għandu jissimplifika l-aċċess għall-finanzjament għall-industrija tal-films Ewropea, u dan ser jgħin l-aktar lill-kumpaniji ż-żgħar. Il-programm se jappoġġja wkoll l-użu ta' teknoloġiji diġitali permezz tat-taħriġ ta' professjonijsti, l-immodernar tas-swali u l-iżvilupp tal-modi ta' distribuzzjoni.

Il-programm il-ġdid jikkonċentra fuq l-istadji tal-pre u l-post produzzjoni fil-proċess ta' l-iffilmjar, imma mhux se jiffinanzja l-proċess innifsu. Il-baġit huwa mifrux fuq ħames oqsma ewlenija: id-distribuzzjoni (55%), l-iżvilupp (20%), il-promozzjoni (9%), it-taħriġ (7%), azzjonijiet orizzontali u proġetti pilota (9%).

Il-programm MEDIA ilu jiffunzjoni mill-1991 u appoġġja eluf ta' films Ewropej madwar il-kontinent. L-eżempji jinkludu: L’Auberge espagnole, Goodbye Lenin, Le Fabuleux destin d'Amelie Poulain, March of the Penguins, The Pianist, Das Leben der Anderen and Volver.

Fl-1 ta' Jannar 2007, ir-Rumanija saret il-31 membru tal-programm MEDIA (EU27 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera).

Kont taf li l-programm MEDIA:

  • jappoġġja 300 film ġdid Ewropew fis-sena?
  • jappoġġja nofs il-films Ewropej li tmur tara fiċ-ċinema?
  • jiffinanzja aktar minn 100 festival tal-films madwar l-Ewropa kull sena?
  • jappoġġja d-distribuzzjoni ta' 9 minn kull 10 films fl-Ewropa li jkunu distribwiti barra minn pajjiżhom?

Kull euro tal-MEDIA hija mqabbla ma €6 mill-investiment privat fl-industrija.

Jekk jinteressak issir taf dwar l-opportunitajiet tal-finanzjament, nitolbuk tikkuntattja l-uffiċċju nazzjonali jew reġjonali ta' MEDIA.

Aktar tagħrif fuq MEDIA
ara wkoll: MEDIA factsheet

 

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna