Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Is-sigurtà ta' l-internet - inqajmu l-għarfien biex innaqqsu r-riskji

Is-sigurtà ta' l-internet - inqajmu l-għarfien biex innaqqsu r-riskji

07/02/07

Il-protezzjoni tat-tfal mill-perikli tas-surfing fuq l-internet u tal-bullying bil-mowbajl - il-jum iddedikat għall-internet aktar sikur 2007 fis-6 ta' Frar jimmira 100 għaqda f'aktar minn 40 pajjiż.

L-użu tal-mowbajls mit-tfal u ż-żgħażagħ żdied bil-kbir fl-aħħar snin. Fil-Ġermanja, iċ-ċifri għall-2005 juru li 92% ta' dawk li għandhom bejn it-12 u d-19-il sena u 47% ta' dawk bejn is-6 u t-13-il sena kellhom mowbajl. Imma filwaqt li l-mowbajls għandhom bosta benefiċċji, qed joħorġu wkoll riskji ġodda.

Stħarriġ li sar fir-Renju Unit skopra li 14% tat-tfal sfaw il-mira ta' bullying permezz tal-mowbajl tagħhom - 10% minn dawk li rrispondew qalu li ttieħdulhom xi rittratti xejn gradevoli u 17% beżgħu li dawn ir-ritratti tqiegħdu fuq l-internet jew intbagħtu lil ħaddieħor.

Huwa ċar li n-nies jeħtieġu jkunu aktar konxji tal-kwistjonijiet li jirrigwardjaw is-sigurtà fl-użu ta' l-internet u tal-mowbajls, fatt enfassizzat riċentament mill-UE f'konsulta pubblika dwar is-sigurtà tat-tfal. Il-kampanja għall-internet akar sikur għandha l-għan li twieġeb għal din il-ħtieġa u tispera li tilħaq il-ġenituri, carers u għalliema, kif ukoll lit-tfal infushom.

Il-qofol tal-jum ikunu r-riżultati ta' kompetizzjoni biex jinħoloq materjal dwar is-sigurtà fuq l-internet li jinfirex waqt blog maratona dinjija. Il-kompetizzjoni tinvolvi 'l fuq minn 200 skola f'29 pajjiż, kollha akkoppjati biex joħolqu materjal dwar is-sigurtà rigward waħda minn tliet temiet - il-privatezza onlajn, l-hekk imsejjaħ netiquette u l-potenzjal ta' l-istampi.

Il-jum iddedikat għas-sigurtà fuq l-internet huwa avveniment annwali organizzat minn-netwerk Ewropea għas-sigurtà fuq l-internet English INSAF, imwaqqfa konġuntament mill-programm dwar is-sigurtà fuq l-internet ta' l-UE u appoġġjata mill-Kummissarju ta' l-UE għall-midja Viviane Reding.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna