Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Leonardo da Vinci – ġenju Ewropew

Leonardo da Vinci – ġenju Ewropew
Ir-Raġel Vitruvjan, li juri l-proporzjonijiet tal-ġisem uman.

28/09/07

L-akbar wirja li qatt ittellgħet dwar Leonardo da Vinci titnieda fi Brussell.

Pittur, skultur, inġinier, mużiċist, arkitett, inventur u filosfu – fost il-bosta personalitajiet brillanti li spikkaw fl-Ewropa, Leonardo da Vinci English (1452 – 1519) huwa bla dubju ta' xejn l-aktar wieħed eklettiku.Wirja li qed tiċċelebra lil dan l-Ewropew eċċezzjonali, li huwa wieħed mill-aktar ġenji magħrufa ta' kull żmien, qed tittella' bħalissa bħala parti mill-festeġġamenti li jikkommemoraw għeluq il-50 sena ta' l-UE.

Il-wirja, li qed issir fil-ħames l-akbar knisja fid-dinja (il-Bażilika ta' Koekelberg fi Brussell), se tibqa' għaddejja sal-15 ta' Marzu 2008 u tkopri spazju ta' 3,000m2. Din hija miżgħuda b'għadd ta' pitturi, tpinġijiet, manuskritti u mudelli oriġinali flimkien ma' kreazzjonijiet li nibtu fir-riċerka ta' Da Vinci f'kull qasam ta' l-għarfien xjentifiku.  

Il-wirja tippreżenta xi wħud mill-iktar kapolavuri skwiżiti li ħoloq Da Vinci, inkluża l-ewwel esebizzjoni pubblika tal-pittura ta' Marija l-Madalena, flimkien ma' invenzjonijiet bħall-ewwel ajruplan, il-pont mobbli li jżomm f'wiċċ l-ilma u l-iskrun tal-ħelikopter.Il-viżitaturi, hekk kif isegwu l-passi ta' Leonardo, jiskopru ħajjet dan ir-raġel straordinarju, minn tfulitu u s-snin tal-formazzjoni tiegħu sas-snin ta' ħidma aħħarija tiegħu li qatta' fil-wied tal-Loire taħt il-patroċinju tar-Re Franġisk I ta' Franza.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna