Il-premju Lorenzo Natali

ta' l-UE jonora lill-ġurnalisti li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. B'1,500 ġurnalist imressqa minn 165 pajjiż, il-premju ta' din is-sena kiser kull rekord fejn jidħlu nominazzjonijiet.
Fit-3 ta' Mejju, Louis Michel, il-Kummissarju għall-iżvilupp ta' l-UE, ikkongratula lill-15-il finalist mill-ħames reġjuni tad-dinja – l-Afrika, l-Asja-Paċifiku, l-Ewropa, l-Amerika Latina/Karibew u d-dinja Arbija/Iran/Iżrael. "Il-ġurnalisti tajbin u ta' prinċipju huma vitali għad-difiża tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem", qal il-Kummissarju. "Mingħajr id-demokrazija, mingħajr il-libertà ta' l-istampa, l-iżvilupp ma jistax ikun sostenibbli".
Stampa ħielsa u l-aċċess għall-informazzjoni huma parti mid-drittijiet fundamentali promossi attivament mill-UE kemm fit-territorju tagħha kif ukoll lil hinn, speċjalment permezz tal-programm għad demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem
tagħha.
Fit-3 ta' Mejju ukoll, l-UE ingħaqdet mal-UNESCO fiċ-ċelebrazzjoni tal-jum dinji għal-libertà ta' l-istampa 
. L-avveniment ta' din is-sena ffoka fuq is-sigurtà tal-ġurnalisti li joperaw f'żoni ta' kunflitt u sejħa biex jitrażżnu l-atti kriminali kontra l-ġurnalisti. Ħafna għadhom isofru minħabba intimidazzjoni, theddid u ċensura, jew ta' sikwit jirriskjaw ħajjithom waqt il-ħidma tagħhom. Biex juri dan il-periklu, il-premju dinji għal-libertà ta' l-istampa
inagħta lil Anna Politkovskaya, il-ġurnalista Russa li nqatlet fis-7 ta' Ottubru li għadda.
Waqt li ta l-premju Lorenzo Natali, is-Sur Michel ħa wkoll l-opportunità biex jappella mill-ġdid għall-ħelsien ta' Alan Johnston, il-korrispondent f'Gaża tal-BBC li ilu jinżamm ostaġġ mit-12 ta' Marzu.
L-UE tiddefendi l-libertà ta' l-istampa dinjija (audio)
Louis Michel waqt l-għoti tal-premju Lorenzo Natali (audio)
Benita Ferrero-Waldner dwar il-ħtif ta' Alan Johnston (video)
(1'23")