Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Iż-żgħażagħ Ewropej jgħidu tagħhom

Iż-żgħażagħ Ewropej jgħidu tagħhom
Ritratt ta' grupp: xi wħud mill-parteċipanti tal-ġimgħa taż-żgħażagħ.

15/06/07

L-Ewropa ssejjaħ liż-żgħażagħ tagħha sabiex jinvolvu rwieħhom fi djalogu u attiviżmu matul sessjoni ta' ħidma ta' ġimgħa sħiħa mal-fassala tal-politika ta' l-UE.

Nhar it-3-6 ta' Ġunju, xi 200 żgħażugħ u żgħażugħa minn 35 pajjiż Ewropew inġabru fi Brussell għat-tielet Ġimgħa Ewropea taż-ŻgħażagħEnglish (en)  sabiex jesprimu l-viżjonijiet tagħhom għall-futur ta' l-Ewropa u jgħidu dak li jħossu dwar il-politiki li jaffettwawlhom ħajjithom direttament. Dan l-avveniment iħeġġeġ il-politikiEnglish (en)  u l-programmi taż-żgħażagħ u jistieden liż-żgħażagħ sabiex jieħdu sahem fi djalogu attiv bejnhom u bejn il-fassala tal-politiki. It-temi ċentrali ta' din is-sena kienu d-diversità u l-inklużjoni soċjali.

Fost il-kwistjonijiet li jaħarqu kien hemm l-ilqugħ ta' l-istudenti kollha minn pajjiżi li mhumiex fl-UE bla ma jkun jeħtiġilhom viża jew miżati addizzjonali, l-introduzzjoni ta' rappreżentant waħdieni għall-UE fi ħdan il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-għoti tad-dritt tal-vot lil kull min jagħlaq is-16-il sena sakemm jittellgħu l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ta' l-2009.

Il-konklużjonijietEnglish (en)  tad-diskussjonijiet intensivi ta' din il-Ġimgħa jinkludu rakkomandazzjonijiet politiċi li r-rappreżentanti ta' l-UE wegħdu li se jikkunsidraw. Xi wħud minnhom se jsibu rwieħhom direttament fil-pjanijiet politiċi. Bosta minnhom huma konessi mal-politika dwar iż-żgħażagħ – eżempju fosthom huwa t-twaqqif ta' ċentri ta' l-informazzjoni għaż-żgħażagħ f'kull pajjiż ta' l-UE sabiex ikopru suġġetti li jolqtu direttament liż-żgħażagħ, bħall-bullying, is-saħħa sesswali, l-abbuż mid-drogi, il-vjolenza fid-djar u l-qagħad.

Il-Kummissarju inkarigat mill-qasam taż-żgħażagħ Ján Figel’ saħaq fuq il-fatt li ż-żgħażagħ għandhom rwol ferm importanti fil-proċess politiku u jeħtiġilhom ikomplu jieħdu sehem attiv fih.

 Fi kliem l-MEP Lissy Gröner, "M'għandniex xi rridu aktar dikjarazzjonijiet, imma azzjoni." Dan qalitu filwaqt li ħeġġet liż-żgħażagħ sabiex jinkorraġġixxu lir-rappreżentanti parlamentari Ewropej lokali tagħhom ħalli jpoġġu dawn il-konklużjonijiet 'il fuq fil-lista ta' prijoritajiet ta' l-aġenda politika nazzjonali ta' pajjiżhom.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna