Mit-3 sa l-10 ta' Ġunju, l-UE se tagħmel it-tielet ġimgħa Ewropea taż-żgħażagħ
. Wara s-suċċess ta' l-edizzjonijiet ta' l-2003 u l-2005, żgħażagħ minn madwar il-kontinent qed jintalbu jaqsmu ħsibijiethom dwar il-proġett Ewropew.
Dan l-avveniment, li jsir mhux biss fis-27 pajjiż membru
imma wkoll fil-pajjiżi koperti mill-programm taż-Żgħażagħ fl-azzjoni
il-ġdid, għandu jressaq iż-żgħażagħ flimkien taħt is-slogan "inklużjoni soċjali u diversità".
Matul il-ġimgħa, se jiġu organizzati attivitajiet madwar l-UE, għaż-żgħażagħ imma wkoll għall-pubbliku in ġenerali: taħdidiet, konsultazzjonijiet, wiri ta' films, kompetizzjonijiet, kunċerti, biex ma nsemmux sensiela ta' sessjonijiet ta' ħidma u ta' tagħrif.
Id-diskussjonijiet kollha għandhom jidħlu fid-dibattitu dwar il-forma futura ta' l-UE


li tnieda f'Ottubru ta' l-2005 u li għadu dejjem għaddej.
B'mod aktar ġenerali, il-ġimgħa Ewropea taż-żgħażagħ hija mfassla biex tippromwovi l-programm taż-Żgħażagħ fl-azzjoni, tenfasizza l-kisbiet tal-proġetti ffinanzjati mill-programm taż-Żgħażagħ
li għadda (2000-2006) u tistimola d-djalogu maż-żgħażagħ dwar il-kwistjonijiet attwali l-kbar Ewropej.
Mit-3 sas-6 ta' Ġunju, kulħadd ser ikun qed iħares lejn Brussell, il-belt li se tospita avveniment internazzjonali li jinvolvi 'l fuq minn 200 żagħżugħ u żagħżugħa Fuq l-aġenda: parties ta' ħidma, preżentazzjonijiet ta' proġetti u taħdidiet, kollha mmexxija minn Kummissarji Ewropej, rappreżentattivi minn istituzzjonijiet oħra ta' l-UE u panoplijata' esperti mill-UE.
Iżda l-interess taż-żgħażagħ fl-UE tmur lil hinn minn ġimgħa waħda: Ara b'għajnejk stess l-ammont ta' politiki u programmi
mfassla biex jgħinu lil dan il-grupp soċjali.
Mela għala tistenna? Ingħaqad fid-dibattitu l-kbir illum.
Portal Ewropew taż-Żgħażagħ