F'appell pubbliku fid-9 ta' Mejju 1950, il-Ministru Franċiż għall-affarijiet barranin Robert Schuman
stieden lill-pajjiżi Ewropej, imdamdmin bil-gwerra, biex joħolqu awtorità komuni biex tmexxi l-produzzjoni tal-faħam u l-azzar. Dan ħejja t-triq għal kooperazzjoni Ewropea
aktar miftuħa. Seba' snin wara, fil-25 ta' Marzu 1957, il-ħolma tiegħu saret realtà meta l-mexxejja ta' sitt pajjiżi inġabru f'Ruma biex jiffirmaw it-trattat fundatur tal-Komunitajiet Ewropej oriġinali.
Hekk kif l-UE tonfoħ fuq 50 xema, Jum l-Ewropa
għandu xi ħaġa aktar x'jiċċelebra din is-sena.
Id-9 ta' Mejju huwa jum importanti fil-kalendarji skolastiċi madwar l-Ewropa. Imma din is-sena se naraw ukoll MEPs u offiċjali mill-UE u bosta Għaqdiet Mhux Governattivi iżuru l-iskejjel 


biex jiddiskutu ma' l-istudenti dwar l-għajnuna ta' l-UE u l-ħidma ta' l-iżvilupp fid-dinja esterna. Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa ta' din is-sena, ukoll ser jiffoka fuq Jum l-Ewropa, bl-iskejjel li jaqsmu stampi u rapporti fuq is-sit dwar l-avvenimenti li organizzaw huma biex jimmarkaw l-okkażjoni ta' "Jum ir-Rebbiegħa".
F'Jum l-Ewropa nnifsu, il-kontinent se jinxtegħel b'festival ta' mużika u lwien. Se jkun hemm kunċerti fil-Lussemburgu
, Barċellona
, Tallinn u bosta bliet Ewropej oħra. Fl-Awstrija
, il-Vienna State Opera se tinxtegħel b'mod speċjali sa nofs il-lejl bit-tema "Flimkien mill-1957-50 sena ta' Unjoni Ewropea". Filwaqt li fis-Slovenja dgħajsa mgeżwra bl-ilwien tal-logo ta' l-anniversarju se tgħaddi miċ-ċentru ta' Ljubljana tul ix-xmara Ljubljanika.
Aktar avvenimenti f'Mejju