Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Viżjonijiet ta' l-Ewropa

Viżjonijiet ta' l-Ewropa
L-atriju fl-ispazju tal-wirjiet tat-Tour et Taxis – il-wirja Nisa Viżjonarji (Bettina Flitner)

20/04/07

Wirjiet u avvenimenti matul sena sħiħa li jiffukaw fuq l-Ewropej il-ġodda u aspetti oħra tal-50 sena storja ta' l-UE jipprovdu pjattaforma għal viżjonijiet imaġinattivi, entużjażmanti u kontroversjali ta' l-Ewropa.

X'taf dwar l-"Ewropej il-ġodda" li dan l-aħħar issieħbu ma' l-UE? Vjaġġ permezz ta' esibizzjoni ta' ritratti englishfrançaisnederlands li turi l-ħajja, it-tradizzjonijiet, il-kwalitajiet u l-paradossi tagħhom mil-lenti ta' wieħed mill-aktar fotografi famużi mill-aġenzija rinomata Magnum Photos. Wara Pariġi, Milan, Budapest u Varsavja, issa jmiss li l-esebizzjoni "Ewro-Viżjonijiet" iżżur Brussell.

Fi Brussell ukoll, l-esebizzjoni avant-garde Viżjoni għal Brussell englishfrançaisnederlands tippreżenta proġett arkitettoniku għall-belt kapitali ta' l-Ewropa minn tim ta' arkitetti internazzjonali. Il-proġett ambizzjuż jipproponi t-tfassil mill-ġdid ta' serje ta' bini simboliku, li jinkludi l-Parlament Ewropew u l-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni, sabiex iwassal l-istituzzjonijiet ta' l-UE aktar viċin taċ-ċittadini.

'Il fuq minn 40 ritratt enormi ta' wħud mill-aktar nisa viżjonarji Deutsch (de) English (en) français (fr) Nederlands (nl) Ewropej mill-oqsma tal-kultura, ix-xjenza, l-ekonomija u l-politika, jinsabu fl-atriju ta' l-ispazju għall-wirjiet tal-Brussels Tour & Taxi. Matul il-vjaġġi tagħha tul tliet snin, il-fotografu Bettina Flitnet iltaqgħet ma' kważi 70 mara li f'pajjiżhom saru mudelli għall-oħrajn. Dawn jinkludu l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, il-kittieba ta' stejjer kriminali Liza Marklund u l-avukatessa Taljana Ilda Bocassini, simbolu tal-ġlieda kontra l-mafja.

‘Eurocircus’ italiano feġġ f'Palermo bejn it-30-31 ta' Marzu. Il-qalb tal-belt saret palk għal numru ta' wirijiet interattivi u għadd ta' shows li rawhom aktar minn 60,000 persuna. Dan l-avveniment indirizza wħud mill-kwistjonijiet jaħarqu mill-ħajja ta' kuljum ta' l-Ewropej, li jinkludu d-drittijiet taċ-ċittadini u l-impatt tal-liġijiet ta' l-UE.

Inħarsu lura lejn il-passat tagħna mill-perspettiva ta' l-istampa, il-Litwanja English (en) lietuvių kalba (lt) , id- Danimarka dansk u l-Belġju français ospitaw tliet "wirjiet ta' gazzetti" mhux konvenzjonali. Dawn il-gazzetti ewlenin ta' kuljum offrew perspettiva oriġinali ta' l-avvenimenti li sawru lill-Ewropa bejn l-1957 u l-2007.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna