Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Għalaqna 50 fil-25 ta' Marzu - festa tul tmiem il-ġimgħa

Għalaqna 50 fil-25 ta' Marzu - festa tul tmiem il-ġimgħa
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 anniversarju ma ġenb il-Bieb ta' Brandenburg f'Berlin.

28/03/07

Kunċerti, festivals, dibattiti, wirjiet, avvenimenti sportivi u ħafna aktar ressaq il-poplu minn madwar l-Ewropa kollha flimkien bejn l-24 u l-25 ta' Marzu biex jiċċelebra għeluq il-50 sena ta' l-UE.

Għalkemm is-serata kienet kiesħa fi Brussell, 60,000 ruħ ħarġu s-Sibt bil-lejl biex jiddevertu f'kunċert fil-beraħ imsejjaħ "Stars of Europe" EnglishfrançaisNederlands . Bl-Atomium bħala Sfond, li hija veduta tipikament Brusseljana, kantanti pop famużi inġabru biex ikantaw suċċessi ta' l-imgħoddi u tal-lum.

F'Ruma, l-avvenimenti inkludew laqgħa speċjali tal-Kumitat tar-Reġjuni English , fejn ġiet ippreżentata dikjarazzjoni dwar il-viżjoni ta' dan il-Kumitat għall-Ewropa tal-ġejjieni. Is-Sibt, l-universitajiet fetħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku għal-lejl ta' attivitajiet kulturali Italiano .  

Is-Sibt ukoll, 35 bar f'Berlin Deutsch fetħu biebhom għall-mużiċisti mill-UE, u l-mużewijiet Deutsch baqgħu miftuħin sas-2 ta' bil-lejl. Ħadd xemxi ra 500,000 ruħ iżuru 78 punt ta' l-informazzjoni ta' l-UE fejn il-Bieb ta' Brandenburg u jgawdu l-ispettaklu ta' l-artisti fit-toroq u l-baned internazzjonali.

Studenti minn madwar l-Ewropa kollha ltaqgħu f'Madridespañol (es) biex igawdu kunċerti u spettakli u biex jibnu puzzle ġganteska li tirrappreżenta is-27 pajjiż ta' l-UE, filwaqt li t-torri inkredibbli ta' Agbar f'Barċellona inxtgħel b'tabella enormi li tgħid "50 EU".

Fis-17 ta' Marzu, 74,500 supporter tar-rugby ċċelebraw l-anniversarju b'ċerimonja speċjali fl-Istadu tal-Millennju f'Cardiff waqt il-logħba Wales kontra l-Ingilterra RBS Six Nations.

Filmati ta' l-intervisti

Matul il-jumejn ta' ċelebrazzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa għall-50 anniversarju ta' l-UE, iċ-ċittadini u l-viżitaturi f'Ruma ntalbu jagħtu l-fehma tagħhom dwar l-UE. (Il-Vidjow grazzi għal EuropocketTV).

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna