Avviż legali | Dwar dan is-sit | Kuntatt | Fittex
EUROPA > Debate Europe > Il-Ġejjieni ta’ l-Ewropa

Filmati dwar il-Futur ta' l-Ewropa

Il-Futur ta' l-Ewropa

Ingħaqad fil-forum - Agħti l-opinjoni tiegħek dwar il-futur ta' l-Ewropa!

Nhar it-13 ta' Diċembru 2007, it-Trattat ta' Liżbona ġie ffirmat mill-Kapijiet ta' l-Istati jew tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni. L-għan ta' dan it-Trattat huwa li jagħmel l-Unjoni aktar effiċjenti, aktar demokratika u aktar trasparenti. L-Ewropa se tkun mgħammra aħjar sabiex tagħmel progress u tirreaġixxi għall-isfidi strateġiċi li qed tħabbat wiċċha magħhom i llum. X'se jiġri fil-ġejjieni? Għandna bżonn noħolqu viżjoni għall-futur ta' l-Ewropa. Għandna bżonnok ħalli tħares 'il quddiem u tgħina infasslu l-Ewropa tal-ġejjieni. Kif taħseb li l-UE għandha teżerċita l-kapaċità mtejba għat-teħid ta' deċiżjonijiet? L-UE għandha tkun aktar involuta fix-xena internazzjonali? Liema taħseb huma t-tielet miżuri importanti li fiż-żmien qasir l-UE għandha tipproponi ? Ejjew ilkoll nistħajlu l-Ewropa għall-futur!